Ilkoll iħarsu lura lejn dik il-ġurnata tal-biża bi kburija, anke jekk forsi fl-aħħar elezzjoni għażlu li jivvotaw lill-Partit Laburista jew ma vvotawx.
Dak il-Mass Meeting daħal fil-memorja kollettiva bħala s-simbolu tal-ġlieda nazzjonali għal-liberta' u għad-demokrazija.
Jien dakinhar kont għadni kemm għalaqt 10 snin. Kont għadni żgħir wisq biex nifhem x'kien qed jiġri u biex nirreaġixxi għalih.
Dejjem staqsejt lili nnifsi x'kont nagħmel dakinhar kieku kont ikbar, kieku kelli s-sens li nagħrbel u niddeċiedi għalija nnifsi.
Kont nifhem?
Kont nirrispondi?
Kont ngħolli rasi jew kont inbaxxiha?
Kont inkun raġel jew kont inkun tifel?
Kont immur Tal-Barrani?
Kont inkun hemm meta s-sewwa jsejjaħli?
Għada hija l-ġurnata li fiha se nagħti risposta għal dawn id-domandi kollha.
Tletin sena oħra, meta jsaqsuni jew nistaqsi lili nnifsi jien x'għamilt dakinhar, se nkun nista' nwieġeb li dakinhar tal-Ħadd 6 ta' Marzu 2016, fit-3 ta' wara nofsinhar, jien kont Pjazza Kastilja nsemma leħni għas-sewwa.
#IWILLBETHERE
mela sejjer lura fil'80's purcinnel Shame on you
ReplyDeleteMela bhali jien ma kontx laqas tal barani u ghada hankun il belt bkartellun li fuqu hajkollu par idejn mimlijin zejt ... mhux kontra lkuruzjoni !!! U jien hekk ha nghamel
ReplyDelete