Din il-kjarifika nqrat fil-programm Times Talk tal-lejla:
Fil-programm Times Talk ta’ nhar it-Tlieta 15 ta' Marzu s-Sur Glenn Bedingfield semma diversi drabi l-impjieg ta’ Norman Vella fiċ-Ċivil b’rabta mal-kitbiet tiegħu fuq is-social media u l-ħidma tiegħu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u l-media tiegħu.
Fil-programm Times Talk ta’ nhar it-Tlieta 15 ta' Marzu s-Sur Glenn Bedingfield semma diversi drabi l-impjieg ta’ Norman Vella fiċ-Ċivil b’rabta mal-kitbiet tiegħu fuq is-social media u l-ħidma tiegħu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u l-media tiegħu.
Fil-grad li Norman Vella jokkupa fiċ-Ċivil ma teżisti ebda
restrizzjoni għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-politika. Fil-fatt huwa seta’
jikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Diversi ħaddiema oħra taċ-Ċivil fil-grad tiegħu u fi gradi oħrajn ukoll jieħdu
sehem attiv u jipparteċipaw fil-politika b’uħud minnhom saħansitra jokkupaw
karigi pubbliċi, bħal Deputati, Sindki, Kunsilliera Lokali u ankeuffiċjali ta'
kull partit politiku li jeżisti f'Malta.
Biex Norman Vella jkun jista' jaħdem fil-ġurnaliżmu u
jippreżenta programmi mal-media tal-Partit Nazzjonalista huwa ngħata il-permess
meħtieġ wara li applika għalih skont ir-regolamenti li japplikaw għall-ħaddiema
kollha taċ-Ċivil fil-grad tiegħu.
Norman Vella huwa awtorizzat jaħdem bħala
ġurnalist ta’ Media.Link Communications anke mid-Dipartiment tal-Informazzjoni
li kull sena jagħtih Press Card.
Norman Vella jifhem li l-kliem li ntqal mill-konsulent tal-Prim
Ministru Joseph Muscat waqt il-programm Times Talk huwa ntiż biss biex
jintidimah u jxekklu fil-ħidma tiegħu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u
fil-media.
Tantx tahli hin fuq li jghid Glenn. Dan jlablab bl'addocc u kliemu m'ghandux piz!
ReplyDeleteHanqa ta hmar qatt ma telghet is sema.
ReplyDelete