Wednesday, March 23, 2016

Terroriżmu, luttu nazzjonali u l-Premier tagħna lkoll imur holiday

Nifhmu li bl-inkwiet li għandu bi skandli ta' korruzzjoni jfaqqsu wieħed wara l-ieħor għandu bżonn jistrieħ ftit mhux ħażin.

Imma mmaġinaw ftit kieku meta miet il-Perit Mintoff ma qaddisx l-Arċisqof biex ma jipposponix il-holiday, x'kien iqum! Kieku ħoll xagħrek u ġib iż-żejt! U bir-raġun.

Jew mur ġibu l-għada li bdiet ir-rivoluzzjoni fil-Libja l-Prim Ministru Gonzi rħiela għal xi cruise jew għal xi tour fuq l-Alpi. Kemm kienu jgħidu, bir-raġun, li abbanduna 'l pajjiżu f'mument mill-aktar delikat.

Imma llum ikollna naċċettaw li fil-kariga ta' Prim Ministru għandna li xi ħadd li aktar iriidha ta' salesman milli ta' statesman. U għandu raġun.

X'naqgħu u nqumu li l-Ewropa tinsab għarkubtejha.

X'jimpurtana mil-luttu nazzjonali u l-funeral statali tal-Arċisqof.

La bbukjajna l-holiday, immorru l-holiday.


7 comments:

  1. Ara vera xewixi lil Mintoff qed issemi ja ipokrita ghax ma gejtc tejdilna meta l Kap tieghek ma marx ghal funeral ta omm il mara tal Prim Ministru w jekk hu lutu Nazzjonali kien il Prim Ministru li tah 3 ijem Lutu Nazzjoni ara vera xewixi

    ReplyDelete
    Replies
    1. Int bi serjeta, ara min kien jafa lil mara tal p/m!!!!! Avolja mm nahseb hekk pretendiet, xi funeral statali.

      Delete
    2. Fid-diskussjoni nitlob rispett sħiħ lejn kull persuna, aktar u aktar dawk li m'għadhomx magħna. Ma kelliex għalfejn tiżżeffen persuna oħra fin-nofs għax is-suġġett mhux il-persuna imma l-okkazjoni statali u ċ-ċirkostanzi partikolari li ninsabu fihom.

      Delete
  2. taf lil omm il mara tal prim ministru u lil missiera qed inhallsulom il kont ta villa messina mit taxxi tghana flok marru san Vincent des Paul

    ReplyDelete
    Replies
    1. Mhix l-intenzjoni ta' dan il-blog li jitratta dawn il-faċendi, aktar u aktar dwar nies li m'għadhomx magħna. Jekk taf li saret xi ħaġa irregolari f'dan ir-rigward nitolbok tgħaddi d-dettalji lil min hu kkonċernat.

      Delete
  3. Int qatt ma mort holiday jew? Waqajna cheap f dan il-pajjiz! Qazziztuna titfaw botti u paroli fil vojt ! Ilhqu salibkom u dak li ghamiltu fi zmienkom !!!!!!!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Dan il-blog mhux dwar jekk il-Prim Ministru għandux imur holiday jew le. Hija ovvja li għandu jgawdi minn perjodi ta' mistrieħ. Hawn qed nitkellmu fuq id-dmirijiet li ġġorr magħha kariga daqstant għolja fil-pajjiż. Tassew waqajna 'cheap' biex lanqas din m'aħna nifhmu.

      Delete