Sunday, March 20, 2016

Imġieba inaċċettabbli fuq ix-xandir tal-istat

Fil-programm tiegħu fuq ix-xandir nazzjonali l-preżentatur Saviour Balzan iddikjara għal iktar minn darba li ma jridx li tissemma Daphne Caruana Galizia. Kull mistieden li jazzarda jikkwota l-blog tagħha (li fih inkixef l-iskandlu PanamaGate) u jsemmiha qed ikun ċensurat minnufih minn dan il-preżentatur.

Fil-programm tat-Tnejn li għadda għamilha lil Arnold Cassola. Malli Cassola semma lil Caruana Galizia, Saviour mill-ewwel sikktu u qallu ċar u tond li hu ma jridx li Daphne tissemma fil-programm tiegħu.

Qal li hu jagħmel sforz biex Daphne ma tissemma qatt u nfexx f'attakk isteriku fuqha mingħajr hi ma kienet preżenti biex tirrispondih.

Qaluli li fil-programm ta' ġimgħa qabel għamel l-istess lid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Din l-imġieba ta' Saviour Balzan fuq ix-xandir li suppost huwa ta' kulħadd hija sempliċiment inaċċettabbli. Fuq il-gazzetti tiegħu Balzan jista' jiddeċiedi li jiċċensura lil min irid, imma TVM mhux propjeta' tiegħu u fuqu m'għandu ebda dritt jaġixxi b'dan il-mod.

L-aħħar darba li fuq ix-xandir tal-istat kien ġie deċiż li ma jissemmiex isem xi ħadd kien fis-snin tmenin. Dak l-isem kien ta' Eddie Fenech Adami.


5 comments:

  1. jista jisbicca jitkellem waħdu jekk sa jiprova jghamel monoplju ..... u b'dan il mod aktar jiġbed nies lejħ .... ghax jista jibda jitqies li hu Erremita l-programm tieghu

    ReplyDelete
  2. Allura f'dal kaz, kullhadd ghandu jifthiehem u jinghaqad li biex jaccettaw l-INVIT TA' SAVIOUR CASSAR, issir KUNDIZZJONI LILU MIN QABEL, li l-Mistednin Tieghu Ikunu Liberi Li Jitkellmu u JIKKWOTAW lil min jidrilhom huma. Huwa ghandu ikun PREZENTATUR u mhux DITTATUR. U nahseb li kullhadd qed jistaqsi: Ghaliex Saviour Cassar daqshekk Ghajjur ghal Ms. Dafhne Caruana Galizia - l-Aqwa Gurnalista f'Malta li topera minghajr l-ebda KAMRA TA' L-AHBARIJIET!!!

    ReplyDelete
  3. Issa aktar min qatt qabel tista tissema ghax il-qorti Maltija ikkonfermat li DCG hija gurnalista, mhux ghax xi hadd kellu xi dubju hlief Saviour Balzan apparentement.

    ReplyDelete
  4. Jiena nissuggerixxi li kulmin ikun mistiden fil - programm tieghu ISEMI LI DAPHNE CARUANA GALIZIA , KULHADD .

    ReplyDelete
  5. S.Balzan aktar kien l-iskop tieghu li jmur persunali fuq DGC milli jiddiskuti l-Każ tal-Korruzzjoni u l-Gideb li jippersistu Konrad u Keith........
    Imissu jghid li ma' jiżrax Ħdura u Mibeda,,,,, Naqbel ukoll iva li kull Mistieden ghandu jsemmi lill Dephne Caruana Galizia, Mela dan issa jrid jimponi duq il Mistieden x'ghandu jghid u lill min ghandu jsemmi,
    Jekk il Każ kollu Hu Dephne Caruana Galizia 100% Korruzzjoni li hu kollu kemm hu 'Assocjat mal-Ministru Konrad Mizzi u l-Ħabib Intimu tal-Prim Ministru Keith Tal-Kasco x'jistenna S,Balzan li tghid li dan kollu ma' hu veru XEJN.....
    Aħrab l'Hinn Salvinu Balzan u tiprovax titnejjek bl'Inteliġenza tal-POPOLIN ghax tieħu Majnata u ma' titlax minnha....

    ReplyDelete