Saturday, October 15, 2011

Air Show: Xi jgħidu l-Kunsilli u l-MPs?


Illum kellna inċident ieħor f’Air Show, din id-darba fiċ-Ċina.

Ma rridx nagħti l-impressjoni li kull meta se jkun hemm xi inċident se nkun qed nifraħ bih biex ningħata raġun għal dak li ktibt f’dan il-blog qabel l-Air Show ta’ Malta. Pero` rrid ngħid li fost min ikkummenta f’dan il-blog biex jiddefendi l-akrobaziji tal-ajruplani, kien hemm min qal li dawn ma jsirux fuq id-djar tan-nies. Din mhix għajr gidba faħxija.

Jien rajt l-akrobaziji tal-ajruplani mid-dar tiegħi u nista’ nixhed li rajthom jagħmlu dawn il-manuvri perikolużi fuq il-lokalitajiet tal-Qrendi, l-Imqabba, iż-Żurrieq, is-Siġġiewi, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Qormi, il-Gudja, Ħal Għaxaq u Birżebbuga. Jista’ jkun li kien hemm irħula oħra li wkoll tpoġġew f’dan ir-riskju inutli, pero` ladarba jien rajt dawn, fuq dawn nista’ nitkellem.

Issa jien ngħix f’waħda minn dawn il-lokalitajiet u ħadd ma talab il-permess tiegħi biex għall-orgażmu ta’ xi wħud indaħħal lili nnifsi, lill-familja u lill-propjeta` tiegħi f’riskju. M’għandix informazzjoni jekk dan l-eżerċizzju sarx mal-Kunsilli Lokali li jirrapreżentawna. Jekk dawn baxxew rashom għall-organizzaturi mingħajr ma semgħu x’għandhom xi jgħidu r-residenti żbaljaw u żbaljaw bil-goff.

Nistenna li issa nkun naf x’inhi l-pożizzjoni fuq l-akrobaziji tal-ajruplani fl-Air Show tas-Sindki u tal-Kunsilli Lokali ta’ dawn il-lokalitajiet u tad-Deputati Parlamentari tal-5 u tas-7 Distrett li milli rajt jien huma l-iktar żewġ distretti milqutin.

Qabel tibdew tikkummentaw bl-addoċċ, nisħaq li s-suġġett ta’ dan il-blog u ta’ din id-diskussjoni mhix l-Air Show fiha nfisha bħala attivita` imma l-akrobaziji u l-manuvri perikolużi bla bżonn ta’ ajruplani fuq postijiet abitati.


12 comments:

  1. aqta qalbek habib! L-airshow kienet issir, u ser TIBQA issir! Ghalfej ma ssegwix kemm isiru accidents tal-karozzi? Jew tal-festi tan-nar, kemm Malta u kemm f'pajjizi bhac-Cina, fej INHOLOQ in-nar tal-festa? Taf x'jghid il-Malti hu? Min imaqdar, irid jixtri!

    ReplyDelete
  2. 'HABIB TIEGHI' NORMAN VELLA INTI TIDHER LI WIHED MIN DAWK LI MANDEKX FUQ XIX TAMEL ARTIKLU JEW AHJAR FIEX TADDI L HIN .ALL GRAZZJA TA ALLA L AIRSHOW GIET U MARRET ADDIET B WICC IL GDID U TIGI OHRA W NAMLUWA WKOLL!!!!!!.NIRRINGRAZZJAW LIL ALLA DEJJEM U KULLIMKIEN LI MA JINQALAWX INCIDENTI PERO FEHMNI DIN HABIB!!JEKK IKOLLOK AJRUPLAN TAR RYANAIR/AIRMALTA/ALITALIA/LUFTAHNSA SEMM LI TRID TA U ALLAHARES QATT JAQA FUQ XI LOKALITA BI PASSIGIERI ALLHARES QATT TA QED NGHID!!INT X TIKKUMENTA?? AX IL BLOG TIEGHEK INTIZ LI JAGHMEL HSARA U MHUX GID FOST IL PAROLI LI BLA SENS LI KTIBT EH...INSOMMA TIDER MA MIN TAMILA SIEHBI!!!!

    ReplyDelete
  3. Xi jgħidu l-Kunsilli u l-MPs?

    li inti bla sens!!!!U manniex fix nahlu l hin bhalek!!!

    ReplyDelete
  4. haha ghandhom ragun Norman, avolja mininx dilettant imma dejjem tipprova taghmilha ta "gurnalist" li jinvestiga fuq kollox u kullhadd qisek id-dixxiplu tal-coach Pep Azzoppardi

    ReplyDelete
  5. Ghax hawn min joghxa jara l-militar, l-uniformijiet u dak kollu li jhallu warajhom.
    X'insejhulha? Mentalita ta' Strada Stretta?

    ReplyDelete
  6. Li kieku taf kemm qed taqa' ghan-nejk lanqas tohrog mid-dar !!

    ReplyDelete
  7. Norman, li kieku biss taf f' liema livell ta valur gurnalistiku, inteligenza, rilevanza ma ahbarijiet kurrenti, u ta kemm veru ghandek bizzejjed x'taghnel f'hajtek u jekk ghandekx bizzejjed biex timla il pages mizeri tieghek, jistmaw lil nies bhalek il- poplu in generali .... kieku tmur taqbez !!!!!!! ....... jew hu xi counselling forsi issalva ........ sadanittant nistiednek ghal l'GHOXRIEN Airshow li ha tahbat mas 70 sena anniversarju mill- air battle over Malta, is- sena id- diehla .... BIL-KBIR !!! :) :) :)

    ReplyDelete
  8. X'ghandu x'jaqasam in-nar mal-air show? Ghall-informazzjoni taghkom biex tahraq murtal trid tkun 200 metru boghod mid-djar u trid tinxurjah. Dawn l-ajruplani mhux itiru minn fuq il-bjut taghna qeghdin imma jitqallbu u jiddawru. Min se jkun responsabbli jekk jinqala xi haga? Intom li qed tiktbu hawn? Barra minn Malta ma jsirux dawn l-affarijiet fuq id-djar tan-nies. Hawn m'hawnx spazju ghal dawn l-affarijiet.

    ReplyDelete
  9. Minn Facebook:

    Robert Hewitt: Besides terrorising babies and young children with the noise. A few years back we were swimming in a pool at Qawra when one of the machines flow exactly over us leaving my then two year old daughter in a fit of panic.

    ReplyDelete
  10. LooooooooooooooooooooooooL Mr. Hewitt !!! LooooooooooooooooooooooooooooL !!!!

    ReplyDelete
  11. I've also seen families with two year olds and young children at the airshow too though xD There are airshows that have towns in the vicinity of the airport, and they usually ask pilots to NOT fly over them or even above a certain altitude. You know what you should do, STOP THIS NONSENSE and GET A LIFE!

    ReplyDelete
  12. Ghaziz Norman
    Filwaqt li nifhem il-preokkupazzjoni tieghek u perswaz li hemm ohrajn jahsbuha l-istess,meta kelli l-opportunita' nistaqsi u niccekkja, gejt infurmat li l-airshow f'Malta jsir skond sdandards internazzjonali u konformi mal-ligijiet ta' pajjizna. Infurmat ukoll li board ta' esperti fil-qasam ( jidhirli barranin )sabiex josserva l-manuvri, jkun fil-parametri tal-airfield sabiex jaghti jew le l-approvazzjoni ghal dak li jkun qieghed isehh quddiem ghajnehom. Mill-banda l-ohra nifhem li l-awtoritajiet kompetenti li jerfghu r-responsabilita' ghal permessi li johorgu lill-organizzaturi, jkunu qieghed isegwu li l-kundizzjonijiet kollha jkunu osservati f'kull hin. Il-pozizzjoni tieghi kienet u tibqa' skond ir-rakkomandazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti specjalment dawk marbuta mas-sahha u s-sigurta'.

    Noel Galea Sindku tal-Imqabba

    ReplyDelete