Insomma, jien u narahom ftakart f’xi wħud li jkunu fuq il-venda u li qed iqabblu l-elezzjoni li ġejja mal-elezzjoni tal-1987. Jgħidulek “Il-bżonn għall-bidla jinħass issa kif kien jinħass f’dik l-elezzjoni!”
Fl-1987 jien kelli għaxar snin u iktar kont moħħi fil-cartoons ta’ Holly u Benji li kont nara reliġjożament black and white u bir-ross fuq it-Taljan, milli fis-sitwazzjoni politika fil-pajjiż. Jien kont kannol bla krema imma meta fittixt ftit skoprejt li dak iż-żmien kien hemm114,936 Malti u Maltija li dan il-bżonn kbir ta’ bidla ma ħassewhx u taw il-vot tagħhom lil-Labour ta’ KMB.
Fl-1987 Fenech Adami sar Prim Ministru b’distakk miżeru (meta tqis il-bżonn enormi li jgħidu li kien hemm għall-bidla) ta’ 4,785 vot.
B’dawn il-ħsibijiet f’moħħi iddeċidejt li mil-lum ‘il quddiem lil dawk li għandhom 42 sena u aktar li jgħiduli li llum teżisti ħtieġa għall-bidla bħal ma kellna fl-1987 se nistaqsihom lil min kienu ivvotaw f’dik l-elezzjoni.
M’iniex se nagħmel bħal Austin Gatt u noqgħod nilgħab l-imħatri imma għandi suspett qawwi li ħafna minn dawn il-promoturi tal-bidla dak iż-żmien kienu promoturi tal-istatus quo.
ma' nistax naqbad art xi trid tigħd norman…
ReplyDeleteMa nafx xi bdla hemm bzonn!!!! mhux tajjeb hekk nghixu fil-paci. Jien niftakkar dawk iz-zmieniet koroh u allahares tghid li int Nazzjonalist jew turi il-gazzetta, nehhewlna l'isem mil-gazzetta ukoll, u x'izjed!!!!!
ReplyDeleteKelli 17 u fl-1987 ma vvutajtx imma kont nivvota lil PN bla dubju. Hemm bzonn bidla bhalissa? X'bidla jista jgib Joseph Muacat? X'vizjoni ghandu Joseph Muscat? Ser igib il-pajjiz ghal ahjar jew ghal aghar.
ReplyDeleteMeta l-partit Laburista jieqaf jaghmel teatrini u ma jbeghidx nies ta' stoffa bhal Gorg Abela... allura iva jkollu cans li jmexxil. Mhux din id-darb le....
KUMMENT B'EMAIL:
ReplyDeleteJien nahseb meta wiehed isemmi il-passat ikun fil qamar u mhux reali. Li ssemmi u tghid li bejn 1971 u 1987 kien kollox hazin trid veru tkun fil qamar . Jien nahseb li kull prim mininistru jipprova jaghmel l-ahjar ghal pajjizna u tkun fil- qamar ma jkollokx dan it-twemmin. Trid tkun fil qamar biex prim ministru bhal Mintoff ghamel dawk ir-riformi socjali kollha u tghid biss li kien hemm kollox hazin . Aktar u aktar veru trid tkun fil-qamar li kap ta' l-oppozizjoni jghid li jaf min qatel fil-Gudja , min qatel xi wiehed mill Furjana , min qatel b'xi ittra bomba , min kien jaghmel il-bombi ma l-ghases tal-pulizija u hafna aktar u meta sar prim ministru ma solva xejn minn dawn. Nahseb ahjar kulhadd jitkellem fuq il-prezent u fejn hu tajjeb nghidu tajjeb u fejn hu hazin nghidu inqas tajjeb.
jien holli e benji bil-kuluri kont narah !
ReplyDelete