Reġgħet qed tinħass il-biża. Iċ-ċaqlieq
inġustifikat u vendikattiv f’kull livell f’diversi Dipartimenti,
awtoritajiet u kumpaniji tal-Gvern, il-mod li bih qed jingħataw ċerti direct orders, l-attakki medjatiċi u
l-intolleranza għal ideat jew twemmin differenti qed iġġiegħel aktar nies toqgħod
lura milli teżerċita d-dritt fundamentali tal-libertà tal-espressjoni.
Spiss niltaqa’ ma’ nies li jgħiduli li qed jibżgħu
anke sempliċiment jagħmlu Like fuq xi ħaġa politika li tkun inkitbet fuq
Facebook. Qisna qed nerġgħu lura għal żminijiet fejn jekk tixtri u taqra dan
il-ġurnal, li saħansitra kellu jibdel ismu għal ‘In-Tagħna’, tbati
l-konsegwenzi.
Minn dak li għaddejt minnu jien fl-aħħar sena,
nifhem li din il-biża hija għal kollox ġustifikata.




