F’pajjiżna
diġà għandna ħafna tfal li qed jitrabbew minn persuni omosesswali.
Jekk
tassew irridu l-ġid lil dawn it-tfal m’għandna qatt ngħidulhom li
l-familja tagħhom għandha xi ħaġa inqas minn ta’ tfal oħra. Minflok
għandna ngħidulhom ikunu kburin b’min kuljum jagħmel ħafna sagrifiċċji
għalihom, b’min qed itihom trobbija u ħafna mħabba.
Naqblu jew ma
naqblux mal-liġi li għaddiet ilbieraħ mill-Parlament,
huwa stat ta’ fatt li se jkollna iktar tfal li se jkunu qed jitrabbew
f’familji magħmula minn koppji tal-istess sess.
Jekk tassew irridu l-ġid
lil dawn it-tfal u ġenwinament naħsbu li s-soċjetà tagħna għadha mhix
lesta għal dan il-pass, ejja nibdew naħdmu biex lil din is-soċjetà
nbiddluha. Ejja naħdmu biex ma nkunux aħna li noħolqu l-problemi lil
dawn it-tfal. It-tfal l-ewwel u qabel kollox.
No comments:
Post a Comment