Tuesday, April 29, 2014

Ir-rebħa tagħna lkoll


Għada fis-7pm niltaqgħu Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, fejn se niċċelebraw 10 snin ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea. Kif jixhed dan ir-ritratt meħud fil-Marsa qabel ir-referendum, it-triq ma kienet faċli xejn. Mhux kulħadd kien jemmen li post Malta huwa fl-Unjoni Ewropea. Mhux kulħadd ħadem biex din il-ħolma ssir realtà. Iżda flimkien irnexxielna nikkonvinċu. Flimkien irnexxielna nirbħu. Irbaħna għalina, għal uliedna u għal dawk li ġejjin warajna.

No comments:

Post a Comment