24
ta’ Marzu: Il-Prim Ministru jikteb lill-Bord tal-MEPA appuntat minnu
stess biex iwissieh li jekk ikun hemm min JAPPELLA kontra l-permess
għat-tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk hu se jiġi jaqa’ u jqum u
jibqa’ għaddej bil-proġett.
5 ta’ April: Il-Gvern tal-Prim Ministru
jħabbar li se JAPPELLA minn deċiżjoni li ħa l-Bord tal-MEPA appuntat
minnu stess li approva permess biex fil-Freeport isir xogħol li soltu
jsir f’tarzna.
Tgħid tal-Freeport se jagħmlu bħal ma qal li se jagħmel
il-Prim Ministru fil-każ tat-tanker tal-gass u se jiġu jaqgħu u jqumu
mill-appell u jibdew bix-xogħolijiet?
Tgħid l-eżempju se jkaxkar?
No comments:
Post a Comment