Max huwa ġurdien kbir, jew far, li ltqajt
miegħu f’wieħed mill-aħħar programmi ta’ TVHEMM qabel xkanawni ‘l barra
mill-PBS. Dan l-aħħar erġajt rajt l-istorja tiegħu fuq You Tube.
Id-destin ta’ dan il-ġurdien kien li jmut
f’eta’ żgħira. Kien qed jitrabba biex iservi ta’ ikla għal serp. Iżda min qed
irabbi lil Max iddeċieda li jeħilsu minn dan id-destin u beda jrabbieh bħala
annimal domestiku. F’kemm ilni ngħidlek dan il-ġurdien sar il-pet ta’ din il-familja.
Ħa ngħiduha kif inhi, far addomestikat ma
tiltaqax miegħu ta’ kuljum. Allura ma setax jonqos li kellu jolqot għajnejn il-producers li
kienu jaħdmu miegħi u stiednuh fil-programm.
Niftakarni nibda
l-programm billi nintroduċi lil Max hu u jdur f’idejja,
fuq il-laptop, fuq spallti u
kullimkien. U l-għada kulħadd ikellimni fuqu. Dan il-far li kienet miktuba
għalih li jispiċċa fl-istonku ta’ serp, spiċċa protagonist fi programm
tat-televixin.