Illum
inawguraw il-proġett tal-mina l-ġdida fi Triq Diċembru 13, proġett
ieħor ta’ Gvern Nazzjonalista li tlesta taħt il-Labour.
Dan il-proġett
sewa €7 miljuni, li 85% minnhom tħallsu minn fondi tal-Unjoni Ewropea.
Għad-diskors tal-inawgurazzjoni, wara dahar il-Ministru Joe Mizzi poġġew
biċċa perspex bi kliem abjad fuq sfond ċelesti tgħid “Gvern li
jaħdem”. Ma kitbux li dan il-Gvern huwa magħmul mill-istess
nies li ma ridux li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea; l-istess nies li
qalulna li rebaħ il-Partnership; l-istess nies li fil-Parlament ivvotaw
kontra t-trattat ta’ sħubija; l-istess nies li llum qed jiftaħru li qed
jiltaqgħu ma’ ħafna li jgħidulhom kemm kellhom raġun dakinhar.
Jekk
jiktbu dan kollu fuq il-perspex, il-mina jkollhom bżonnha biex jistaħbew
fiha.
No comments:
Post a Comment