Il-Ministru Joe Mizzi dalgħodu qal lill-gazzetta Malta Today li ma jsib ebda problema bil-fatt li James Piscopo - Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta mħallas €85,000 fis-sena - fettillu jibda jopera l-kumpanija privata tiegħu.
Mizzi jifhem li b'salarju ta' iktar minn €7,000 fix-xahar, Piscopo jrid jara kif jagħmel biex idawwal Ewro żejjed. Mhux hekk!
B'dak is-salarju miżeru - id-doppju ta' Ministru - Mizzi ma jippretendix li Piscopo jgħaddi l-ġurnata kollha jaħdem biex isolvi l-problemi tat-traffiku u tat-trasport pubbliku fost oħrajn.
Ma tarax! Xi ftit ħin għal part-time irid iħallilu, hux?
Għax Joe Mizzi lil James Piscopo jħobbu. Tant iħobbu li meta kien għadu se jiddeċiedi lil min se jagħti l-kuntratt tat-trasport pubbliku ħadu miegħu Spanja.
U oħroġ il-għaġeb, ftit ġimgħat wara, il-kuntratt ta' iktar minn 30 miljun fis-sena ngħata propju lill-Ispanjoli.
Is-safra tinten ta' Mizzi u Piscopo fi Spanja kienet saret minkejja li waħda mill-kundizzjonijiet fl-Espressjoni ta' Interess kienet tgħid ċar u tond li l-Ministru ma seta' jitkellem ma' ebda kumpanija li tefgħet offerta.
Imma għall-koppja Mizzi Piscopo lanqas il-kundizzjoni li kitbu huma stess ma kienet problema.
Kollha thajjru minn Konrad, Kasco u Egrant. L-ezempju jkaxkar!!!
ReplyDeleteGvern li jisma bil paga ta dan ic CEO thsddem 7 nurses Materday u tiehu frott ta xi haga min dawn in nonimi garanziji u kumpaniji li ma ihaddmu lill hadd.
ReplyDeletePrisit ministru ghandkom biex tidhqu
Joe Mizzi l-aqwa ministru tad-dinja hahahahahahahaha
ReplyDelete