Wara li kellna lil Karmenu Vella imur quddiem il-Parlament Ewropew jiftaħar li vvota favur l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, illum assistejna għal spettaklu ieħor li qatt ma rajna fuq il-ONE.
Illum kellna lil Leo Brincat jgħid li minħabba l-iskandu tal-Panama Papers kien qed jaħsibha jirriżenjax minn Ministru. LOL!
Leo qalilna wkoll li ma vvotax favur il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni kontra l-Gvern u favur il-mozzjoni ta' Marlene Farrugia kontra Konrad Mizzi għax il-Prim Ministru Joseph Muscat ma ħallilux għażla oħra. Tħassartu!
Fuq il-kejk, imbagħad ġiet iċ-ċirasa. Leo stqarr li kieku hu kien flok Konrad Mizzi kien jitlaq minn Ministru u jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari sakemm ismu jitnaddaf. Kos hux, dak l-audit li tant kien isemmi Joseph Muscat x'sar minnu?
Il-Laburisti l-iktar akkaniti li kienu qed isegwu lil Leo Brincat live żgur ħasbuh qiegħed f'Xarabank waqt il-programm ta' ipnożi ta' Alan Bates.
Surreali.
No comments:
Post a Comment