Sunday, September 18, 2016

Qed jiffilmjawna npixxu

Filmat li xxandar fuq il-website u fuq l-Aħbarijiet ta' TVM li fih jidher raġel ikisser biex jisraq żewġ rollijiet toilet paper, irrabbjani iktar għall-fatt li f'latrina pubblika hemm kamera li minnha s-Sindku (f'dan il-każ ta' Marsaxlokk) u minjaf min iktar, jista' joqgħod jara n-nies ipixxu mill-kumdita' tal-uffiċċju, ta' daru jew saħansitra mill-mobile.

Insibha oġġezzjonabbli għall-aħħar u ksur qawwi tal-privatezza li minħabba li kultant jitfaċċa xi vandalu li ma jaffordjax idaħħal idu fil-but biex jimsaħ il-warrani, ikun hemm kamera tiffilmjani npixxi.

5 comments:

  1. L-istess hsieb gieni meta rajt il-filmat. Din li jkun hemm cameras fit-toilets qatt ma kont rajtha qabel.

    ReplyDelete
  2. Jien mhux qed nara li hemm xi ħaġa ħażina għax il-kameras mhux qed juru kollox, semplċiment dahar dak li jkun. Sfortunatament m'nalla jkun hekk għax tal-misħija xeni bħal dawn.

    ReplyDelete
  3. Sa fejn naf jien il-kaxxa tat-toilet papaer fit-toilet tan-nisa tkun ezatt hdejn it-toilet. Tista tghidli jekk hemmx camera fuqu wkoll please?

    ReplyDelete
    Replies
    1. le habbieb mhux ghax nifem fit toilit paper tan nisa ,imma nahseb li qighed hem bix tiehu bicca u tithol tinqeda !

      Delete
  4. Dan biex juzah ghal warrani ! Ahseb u ghara kieku biex jiklu xkien jaghmel
    Din Kultura bhall ma hemm limsida ftit metri mil lassa tal pulizija, u flok jiccirculawhom tahsibhom xi negozzjanti mawnx bhalom

    ReplyDelete