Sirna nafu li nhar it-Tnejn l-MEP Laburista Alfred Sant ra kif għamel biex daħal jivvota favur Leo Brincat fil-grilling quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Budget.
Kieku ma kienx għal Sant, li rnexxielu jieħu post membru ta' dan il-kumitat, jaf Leo kien jeħel mill-eżami kif weħel qablu Toni Abela.
Biex sieħbu Leo jiddaħħal fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Sant ra kif għamel biex akkwista vot u użah.
Għalina storja oħra. Meta aħna lkoll ridna nidħlu fl-Unjoni Ewropea Alfred Sant għamel eżatt l-oppost.
Dakinhar Alfred Sant żamm il-vot fil-but.
Imbagħad meta beda ħiereġ ir-riżultat tar-referendum mar fuq is-Super One u qagħad ixejjirulna f'wiċċna hu u jgħidilna li r-rebħa kienet tal-Partnership.
Min emmen lil Alfred Sant dakinhar li qal li rebah il-PartnerShit ghandu mohh izghar minn pizella.
ReplyDelete