Lill-Parlamentari Ewropej Leo Brincat qalilhom li minħabba l-iskandlu tal-Panama Papers, f'April li għadda kien qed jikkunsidra jirriżenja minn Ministru.
Aħna nafu għal liema konklużjoni wassluh il-kunsiderazzjonijiet tiegħu. Leo Brincat iddeċieda li minflok jivvota favur is-sewwa, jivvota favur Joseph Muscat u sħabu f'Kastilja Konrad Mizzi u Keith Schembri. B'hekk Leo seta' jibqa Ministru tal-Gvern.
Ftit tal-jiem wara, Leo Brincat reġa' kellu x'jikkunsidra. Jibqa' Ministru jew jaċċetta n-nomina ta' Muscat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri?
Din id-darba Leo ġie jaqa u jqum mill-Ministeru.
Issa li l-alternattiva saret job tajjeb 'il bogħod minn xtutna, Leo Brincat għażel il-job u ma ddejjaq xejn iħalli l-Kabinett.
Għal Leo il-job il-ġdid huwa iktar importanti milli jibqa' Ministru. Iżda li jivvota għas-sewwa fil-Parlament Malti ma kienx iktar importani. Huwa ċar li l-kunsiderazzjonijiet li tkellem dwarhom Leo Brincat fil-Parlament Ewropew kienu biss dwar x'jaqbel lil Leo Brincat innifsu u mhux dwar x'inhu tajjeb għal pajjiżna.
Kieku wiehed ifittex sew il karriera u l-achievements ta Leo Brincat, wiehed jinduna li qatt ma jista jkun li bniedem li minn dejjem kien parti minn partit, regim dittarjali u klikka korrotta, u li qatt ma jista jirriforma ruhu jew jikkonverti. Infakkar li fi zmien Mintoff u KMB,kien wiehed mill-attivisti u mexxejja tal MLP, u dejjem kien leali lejn il-Leades u l-hazen kollu taghhom; kien jibghat ittri ta referenza ghal TVs tal kulur, u pjaciri ohra lil shabu ministri tar-regim li kien jaghmel parti minnhom.Kien icapacap lil Mintoff meta ried jqajjem gwerra civili, kien icapcap lil Lorry Sant, jpoggi hdejn il-Fusellu.Min jitwieled tond ma jmutx kwadru... u min kien spalla ma spalla mal korrotti, qatt ma jista jsir vergni!
ReplyDelete