Meta
Humpty Dumpty ltaqa’ ma’ Alice (fil-ktieb Through the Looking-Glass)
qalilha “Meta ngħid kelma, dik il-kelma tkun tfisser dak li niddeċiedi
jien li tfisser, xejn iktar u xejn inqas.”
Illum nafu li meta Joseph
Muscat jgħid “meritokrazija” u “Malta tagħna lkoll” u “tista’ ma taqbilx
magħna imma tista’ taħdem magħna” ikun irid ifisser xi ħaġa differenti
minn dak li nifhmu aħna.
Għall-Prim Ministru Joseph Muscat il-kliem
ifisser biss dak li hu jiddeċiedi li jfisser. Eżatt bħal Humpty Dumpty.
No comments:
Post a Comment