Sunday, February 23, 2014

Qalbna mal-ħaddiema

Fid-diskors li għamilt dalgħodu fid-Djalogu tal-Partit Nazzjonalista f’Marsaxlokk tkellimt dwar il-ħaddiema. Tkellimt dwar il-ħolqien tax-xogħol, il-qagħad, il-vendikazzjonijiet li qed isiru fiċ-ċivil, it-telfien ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea għall-qasam tat-turiżmu u l-prekarjat.

Għamilt ukoll proposti konkreti lill-Gvern biex ikun iktar effettiv fil-ġlieda kontra kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u illegali.


 
Minn dan kollu One News għażel li jirrapporta biss il-biċċa fejn jien qabbilt l-imġieba tal-Prim Ministru mal-imġieba tal-karattru ‘Humpty Dumpty’. Għall-istazzjon tal-Partit Laburista huwa iktar importanti dak li jingħad dwar Joseph Muscat minn dak li jingħad biex titjieb il-ħajja tal-ħaddiema.

No comments:

Post a Comment