Wara li l-bieraħ żvelajt li xi ħadd telaq impjieg tajjeb f’Ministeru
biex iddaħal jaħdem bla ebda sejħa għall-applikazzjoniet mal-PBS, xi
ilsna ħżiena qaluli li dan qabeż mill-vapur tas-Segretarju Parlamentari
Franco Mercieca u sab postu band’oħra għax dan il-vapur mistenni jkun
wieħed minn dawk li se jegħrqu fir-reshuffle li mistenni jagħmel Muscat
fil-ġimgħat li ġejjin.
Jekk dan hux vera jew le nkunu nafuh fiż-żmien li
ġej. Li hu żgur huwa li fil-PBS kien hemm ħafna tgergir mill-ħaddiema
li dehrilhom li kienu nqabżu biex iddaħħal dan tal-qalba.
Għaldaqstant
dalgħodu l-ħaddiema ġew infurmati li din il-persuna ġiet ingaġġata bħala
konsulent tal-Kap Eżekuttiv b'kuntratt ta' self-employed biex tieħu
ħsieb il-kontenut tal-website ta’ TVM. Allura, skont il-loġika ‘tagħna
lkoll', ħadd ma nqabeż!
Naħseb li huwa fl-interess pubbliku li nsiru
nafu kemm qed titħallas din il-persuna ta’ din il-‘konsulenza’ ħalli
naraw jekk inqabżux l-ammonti li skont il-ftehim kollettiv għandu
jitħallas min jagħmel dan ix-xogħol.
No comments:
Post a Comment