Rapport ta' inewsmalta
Norman Vella, li kien wieħed mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista
fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda għall-Parlament Ewropew, qal li l-PN
għandu problemi kbar li jinħtieġu soluzzjonijiet kbar. Huwa saħaq ukoll
li t-telfa tal-PN din id-darba kienet saħansitra akbar minn dik
tal-elezzjoni ġenerali tal-2013.
Wednesday, May 28, 2014
Tuesday, May 27, 2014
Post-mortem elettorali
Inqis t-telfa tal-Partit Nazzjonalista
fl-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt bħala telfa ikbar minn dik tal-elezzjoni
ġenerali li għaddiet.
Indipendentement minn x'għamel u m’għamilx il-Gvern Laburista f’din l-ewwel sena tiegħu, huwa stat ta’ fatt li l-partit tagħna għandu problemi kbar mal-elettorat.
Problemi kbar jeħtieġu soluzzjonijiet kbar.
Kuraġġ.

Thursday, May 22, 2014
Time for a reality check
After barely one year in office, this government betrayed some of its most fundamental electoral promises. Gone is the rallying call of Malta TaghnaLkoll. Meritocracy is pretty much dead and buried under the lucrative jobs and contracts given to Labour’s inner core.
€950 fil-ġimgħa għal Luciano
It-Times tirraporta dħul ta' €49,482 fis-sena (€950 fil-ġimgħa) għad-Deputat Laburista Luciano Busuttil mill-karigi li ingħata minn Joseph Muscat u l-onorarja tal-Parlament. Skont it-Times, Busuttil qed idaħħal iktar minn €4,000 iktar minn Ministru.
Tal-qalba jkomplu jiffangaw.
Wednesday, May 21, 2014
Monday, May 19, 2014
Kastig
Artiklu ppubblikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 19 ta' Mejju 2014
F’din il-kampanja
elettorali mimlija “enerġija pożittiva”, il-Prim Ministru Joseph Muscat
iddeskriva l-25 sena li pajjiżna u l-poplu tagħna għamel taħt tmexxija ta’
Gvernijiet Nazzjonalisti bħala “kastig”. Biex inkun preċiż huwa qal lill-folla
ta’ partitarji Laburisti miġbura f’Ħal Tarxien li min minnhom ma jmurx jivvota
fl-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt li ġej se jkun qed “jagħmel pjaċir lil min
ikkastigah għal 25 sena sħaħ”.
Din id-dikjarazzjoni
tal-Prim Ministru tfisser li kull min ivvota lill-Partit Nazzjonalista fl-1992,
fl-1998, fl-2003 u fl-2008 għażel Gvern li kien qed jikkastigah. Fost dawn
il-“kastigi” hemm il-kisba tad-demokrazija, il-pluraliżmu fix-xandir,
il-ħolqien ta’ eluf ta’ postijiet tax-xogħol, il-kisba tal-libertà, l-eluf ta’
proġetti li mmodernizzaw lil pajjiżna, il-twelid u t-tisħiħ tal-kunsilli
lokali, il-liberalizzazzjoni tal-ekonomija, l-eluf ta’ operazzjonijiet u
servizzi oħra tas-saħħa fi sptar u faċilitajiet state of the art, il-ftuħ tal-Università għal kulħadd, il-ftuħ
mill-ġdid tal-MCAST u l-bini ta’ iskejjel ġodda mimlijin apparat u faċilitajiet
moderni u mitt ħaġa oħra.
Fost dawn
il-“kastigi”, 10 snin ilu kellna wkoll l-isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Sunday, May 18, 2014
Għandu raġun
Għandu raġun jgħid hekk il-Prim Ministru Joseph Muscat għax li ma kienx għal Simon Busuttil u għall-Partit Nazzjonalista nhar is-Sibt m’għandniex elezzjoni għall-Parlament Ewropew f’pajjiżna u l-ebda Malti u l-ebda Għawdxi ma jmur jivvota.
Is-suldati tal-azzar
Artiklu ppubblikat fil-gazzetta ILLUM tal-Ħadd 18 ta' Mejju 2014
F’attività tal-Partit Laburista fl-Imqabba, il-Prim Ministru Joseph Muscat għammed lill-bijografu tiegħu Cyrus Engerer bħala “suldat tal-azzar”. Dr Muscat għamel din id-dikjarazzjoni l-għada li l-istess Cyrus Engerer instab ħati ta’ reat kriminali u għalih ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi.

L-ewwel darba li ntużat
il-frażi “suldati tal-azzar” kien fis-snin sittin. Il-Perit Duminku Mintoff, dak
iż-żmien mexxej tal-Partit Laburista, kien sejjaħ hekk lil dawk li vvotaw
lill-partit tiegħu minkejja li l-Arċisqof kien qalilhom li jekk jagħmlu hekk
ikunu qed jagħmlu dnub.
Friday, May 16, 2014
Tuesday, May 13, 2014
Ħabi minflok Trasparenza
30 ta’ April: Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi
jibgħatu għall-ġurnalisti biex jagħtuhom aħbar ta’ 2 ċenteżmi.
9 ta’ Mejju: L-istess tnejn jiffirmaw kuntratt f’isem il-poplu kollu għal power station ġdida ta’ 400 miljun Ewro bil-moħbi, mingħajr lanqas ġurnalist wieħed, mingħajr lanqas joħorġu stqarrija.
Tlett ijiem wara l-Prim Ministru jipprova jaħbi li ffirma dan il-kuntratt u jinqabad jigdeb fuq ix-xandir nazzjonali.
Għaliex din is-segretezza?
X’sar minnha l-wiegħda tat-trasparenza?

Monday, May 12, 2014
Fabbrikazzjoni
Artiklu ppubblikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 12 ta' Mejju 2014
L-istorja tal-fabbrika
tal-kanċer li tant qalilna Joseph Muscat qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali ma
kienetx għajr fabbrikazzjoni. Illum għandna l-provi li dak li tant għajjar bih lill-Gvern Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali ma
kienx għajr gidba ħoxna.
Nhar l-Erbgħa l-Eurostat ippubblikat figuri li
juru li s-sena li għaddiet l-emissjonijiet fl-arja ta’ carbon dioxide (CO2) naqsu b’6.8%. Dan ifisser tnaqqis ta’ 184,000
tunnellata ta’ emissjonijiet fl-arja tagħna.
U dan kollu ġara bl-investiment li Gvern Nazzjonalista għamel f’power station ġdida li tant kienet ikkritikata mill-Partit Laburista.
U dan kollu ġara bl-investiment li Gvern Nazzjonalista għamel f’power station ġdida li tant kienet ikkritikata mill-Partit Laburista.
L-iktar li tiddiżgustani f’din l-istorja
kollha hija li Muscat ma skrupla xejn juża l-marda tal-kanċer, li tant iġġib
tbatija, biex jagħmel il-kampanja qarrieqa tiegħu.
Fiż-żmien li ġej nistennew li l-emissjonijiet
ikomplu jonqsu wkoll bis-saħħa ta’ investiment li Gvern Nazzjonalista għamel
bl-għajnuna ta’ fondi Ewropej – l-interconnector bejn Malta u Sqallija.
Grazzi għal dawn l-investimenti l-Enemalta
qiegħda wkoll tiffranka l-flus. Kien il-Gvern Laburista stess li stqarr li
l-power station li ħalla Gvern Nazzjonalista tant hija iktar effiċjenti li
permezz tagħha l-Enemalta qed tiffranka miljun Ewro fil-ġimgħa.
Sunday, May 11, 2014
X'ipokrezija!
Fil-21 ta’ Settembru li għadda l-kandidati tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew Joseph Cuschieri u Deborah Schembri kienu fost dawk li waqqfu l-Anti-Cyber Harassment Alliance biex suppost jiddefendu lill-vittmi ta’ fastidju minn fuq
l-internet.
Nhar il-Ġimgħa dawn iż-żewġ kandidati kienu qed iċapċpu lil
xi ħadd li kien għadu kif instab ħati ta’ reat kriminali imwettaq
bl-internet li għalih ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs.
Dan l-episodju
mhux għajr konferma oħra li l-kandidati tal-Partit Laburista ma jridux
ikunu vuċi għal min hu vittma imma lesti jkunu vuċi biss għal dawk li
huma tal-qalba.
Friday, May 9, 2014
Monday, May 5, 2014
Telefonata
Artiklu ppubblikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 5 ta' Mejju 2014
“Hello, hawnhekk mill-Partit Laburista. Qed
inċempillek biex nistaqsik għandekx
bżonn xi ħaġa?”
Jekk int wieħed jew waħda
li rċevejt din it-telefonata kun af li m’intix waħdek. F’dawn il-ġranet iltqajt
ma’ bosta persuni li qaluli li ċemplulhom tal-Labour jistħarrġu l-bżonnijiet
tagħhom. It-telefonata dejjem tispiċċa b’appell biex fl-elezzjoni tal-24 ta’
Mejju tivvota lill-kandidati kollha Laburisti.
Jidher ċar li l-partit
li tant iħobb ipinġi lilu nnifsu modern u progressiv irid jirbaħ il-voti
bil-klijenteliżmu. Il-Partit (u l-Gvern) Laburista għal darb’oħra qed juri li
mhux bi ħsiebu jqassam b’ġustizzja u skont il-mertu, lil min għandu dritt, imma
se jippreferi lil dawk li meta jċemplilhom jgħidulu x’għandhom bżonn. U
m’għandix dubju li dawn se jkunu kollha nies tal-qalba.
Sunday, May 4, 2014
L-aħbar it-tajba
Artiklu ppubblikat fil-gazzetta ILLUM tal-Ħadd 4 ta' Mejju 2014
L-aħbar it-tajba li tant żammna mdendlin nistennew il-Prim Ministru Joseph Muscat ma kienet xejn għajr prova oħra ta’ kemm dan il-Gvern qed jipprova jgħaddi n-nies biż-żmien.
L-aħbar it-tajba li tant żammna mdendlin nistennew il-Prim Ministru Joseph Muscat ma kienet xejn għajr prova oħra ta’ kemm dan il-Gvern qed jipprova jgħaddi n-nies biż-żmien.
Ibda biex il-konferenza
għall-aħbarijiet li għamel nhar l-Erbgħa l-Prim Ministru ħaditni lura fi
tfuliti. Dak iż-żmien il-Gvern kien jgħoxa jħabbar lill-poplu l-prezz ta’ landa
corned beef, bott tonn taż-żejt u l-kumplament tax-xirja. Kien ukoll f’dak
iż-żmien, xi tletin sena ilu, l-aħħar li smajt Prim Ministru jitkellem fuq
il-milleżmi.
Ngħid id-dritt, dak
iż-żmien ma konniex nafu aħjar. Iżda mur għidli li tletin sena wara kelli
nerġa' nara Prim Ministru Malti jsejjaħ lill-ġurnalisti biex iħabbar roħs
fil-petrol ta’ 7 milleżmi (tal-Lira Maltija).
Friday, May 2, 2014
Top-up fuq il-paga minima
Il-proposta
tal-Gvern li min jaqla’ l-paga minima jingħata ‘top-up’ fi flus toħloq
inġustizzja bejn id-diversi kategoriji ta’ ħaddiema li għandhom dħul
baxx.
Dan il-għaliex il-ħaddiema li llum jaqilgħu biss ftit iktar mill-paga minima, se jispiċċaw isiru dawk li jaqilgħu l-inqas.
Per eżempju, jekk din it-‘top-up’ tkun ta €1,500 fis-sena, dawk li llum jaqilgħu biss €500 iktar mill-paga minima se jispiċċaw jaqilgħu €1,000 inqas minn min qiegħed fuq il-paga minima.
Nappella lill-Gvern jistudja bis-serjetà l-impatt li miżura bħal din jista’ jkollha fuq is-swieq tax-xogħol u fuq ir-relazzjonijiet industrijali fil-pajjiż u biex jikkunsidra soluzzjonijiet alternattivi.
Il-Gvern għandu jkun ċert li dak li se jagħmel ikun tassew ta’ ġid għall-ħaddiema kollha u m’għandux jipprova juża lil dawk li jaqilgħu l-inqas għall-iskopijiet elettorali tiegħu.
Agħfas hawn biex tarqa r-rapport tat-Times.

Thursday, May 1, 2014
10 snin fl-Unjoni Ewropea
Fid-diskors tiegħi fil-Kunsill Ġenerali ta’ nhar is-Sibt sħaqt li għandna nkunu kburin u li għandna niftaħru b’dak li flimkien irnexxielna niksbu għal pajjiżna fl-aħħar snin. Flimkien bħala poplu, bis-saħħa tal-viżjoni u t-tmexxija politika tal-Partit Nazzjonalista, bdilna lil dan il-pajjiż għall-aħjar. Essenzjali għal dan kollu kienet l-isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea bħal-lum 10 snin.
Intenni l-appell li għamilt nhar is-Sibt li m’għandna nħallu lil ħadd jipprova jgiddeb dak li għaddejna minnu. Ejja ma nħallux lill-Partit Laburista, ejja ma nħallux lil Joseph Muscat, jivvinta u jikteb mill-ġdid l-istorja li għixna flimkien.
Subscribe to:
Posts (Atom)