Il-proposta
tal-Gvern li min jaqla’ l-paga minima jingħata ‘top-up’ fi flus toħloq
inġustizzja bejn id-diversi kategoriji ta’ ħaddiema li għandhom dħul
baxx.
Dan il-għaliex il-ħaddiema li llum jaqilgħu biss ftit iktar
mill-paga minima, se jispiċċaw isiru dawk li jaqilgħu l-inqas.
Per
eżempju, jekk din it-‘top-up’ tkun ta €1,500 fis-sena, dawk li llum
jaqilgħu biss €500 iktar mill-paga minima se jispiċċaw
jaqilgħu €1,000 inqas minn min qiegħed fuq il-paga minima.
Nappella
lill-Gvern jistudja bis-serjetà l-impatt li miżura bħal din jista’
jkollha fuq is-swieq tax-xogħol u fuq ir-relazzjonijiet industrijali
fil-pajjiż u biex jikkunsidra soluzzjonijiet alternattivi.
Il-Gvern
għandu jkun ċert li dak li se jagħmel ikun tassew ta’ ġid għall-ħaddiema
kollha u m’għandux jipprova juża lil dawk li jaqilgħu l-inqas
għall-iskopijiet elettorali tiegħu.
Agħfas hawn biex tarqa r-rapport tat-Times.
No comments:
Post a Comment