Friday, December 30, 2016

Il-billboards tal-Presidenza miktubin ħazin!

Insew jagħmlu l-N u ħadd mill-għorrief li daħħlu f'position of trust imħallsa l-eluf mit-taxxi tagħna ma nduna. Issa se jkollhom jerġgħu jagħmluhom mill-ġdid u għal darb'ohra jkollna nħallsu aħna. Fl-ewwel laqgħa tal-Kabinett l-iktar wieħed irrabjat dwar din l-inkompetenza grassa se jkun il-Ministru Chris Cardona. Mistenni jgħidilhom "Issa kieku dawk il-flus xrobnihom ma kienx ikun aħjar?!"

Thursday, December 29, 2016

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru nefaq €2,240,000 f'safar f'sena waħda

Fl-2016 l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nefaq żewġ miljuni, mitejn u erbgħin elf Ewro f'safar - tliet darbiet aktar minn kemm kellu allokat għalih fil-Budget.

Fid-diskors tal-Budget għall-2016 il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kien alloka s-somma ta' 640,000 lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal spejjez relatati ma' safar.

Iżda din is-somma ma servietx u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru talab lil Scicluna miljun u sitt mitt elf Ewro oħra għal safar biss.

Fuq min intefqu dawn il-flus? Min mar fejn u għaliex? Il-Prim Ministru għandu jwieġeb fid-dettall u jagħti rendikont lill-poplu ta' kif qed jonfoqlu ġidu.

Mhux Għax Jimpurtani - 29 ta' Diċembru 2016

Biex tara l-ewwel parti IKKLIKKJA HAWN jew ara hawn taħt:


Biex tara l-ewwel parti IKKLIKKJA HAWN jew ara hawn taħt:


Biex tara l-ewwel parti IKKLIKKJA HAWN jew ara hawn taħt:


Thursday, December 22, 2016

Friday, December 16, 2016

Esklussiva: It-tweets tal-Arċisqof li l-Laburisti kienu qed jistennew

Kull meta l-Arċisqof Scicluna jażżarda jiftaħ ħalqu fuq xi issue kurrenti u b'dak li jgħid jinħass li qed itappan xi ftit mill-ħidma glorjuża ta' dan il-Gvern li d-dinja qatt ma rat bħalu, dlonk tinbet mewġa ta' partitarji nkurlati u fferoċjati li jinfexxu f'tgħajjir, insulti u appelli biex l-Arċisqof jigdem ilsienu u jżarma l-account ta' Twitter.

Għax ovvjament l-Arċisqof ikun qed jagħti skandlu lill-merħla meta bla mistħija ta' xejn jiddefendi l-ambjent, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-imġieba onesta! Għall-fidili ta' Joseph Muscat din l-imġieba mhix aċċettabbli.

B'mod esklussiv, hawn taħt qed nippubblika numru ta' tweets li l-partitarji Laburisti jistennew mill-Arċisqof.


Jekk tixtieq tissuġġerixxi xi tweets oħrajn lill-Arċisqof, tista' tagħmel dan hawn taħt. Importanti li dawn it-tweets ikunu kollha tajbin għall-pubbliku ta' fidi Muskattjana.

Thursday, December 15, 2016

Mhux Għax Jimpurtani - 15 ta' Diċembru 2016

Biex tara l-ewwel parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:


Biex tara t-tieni parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:

Wednesday, December 14, 2016

Fearne bħal KMB: Erbat iswaba u Gvern mifni bil-korruzzjoni

Il-Ministru Chris Fearne ħarġilna erbat iswaba biex ibassar kemm se tkun kbira r-rebħa tal-Partit Laburista fl-elezzjoni li ġejja: 40,000 maġġoranza qalilna!

Xejn ġdid.

30 sena ilu, l-erbat iswaba kien ħariġhom għall-istess skop il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Karmenu Mifsud Bonnici. Għar-raba' rebħa, kien jgħid, u ftit wara l-Maltin tefgħuh 'il barra minn Kastilja!

Illum, bħal dakinhar, għandna Gvern mifni bi skandli ta' korruzzjoni wieħed ikbar mill-ieħor.

Fearne innifsu sar Ministru għax ta' qablu tneħħa wara li nqabad b'kumpanija moħbija fil-Panama li għaliha nfetaħ kont bankarju bil-kundizzjoni li jkunu depożitati fih kważi miljun Ewro fis-sena.

Monday, December 12, 2016

Silvio Scerri loses libel case against John Bundy

From TIMESOFMALTA.COM:

Magistrate finds it difficult to believe Mr Scerri was not involved in Norman Vella's transfer from TVM

A court has dismissed libel proceedings brought against John Bundy, now CEO of PBS, by Silvio Scerri, former chief of staff in the Ministry of Home Affairs when it was responsible for public broadcasting.
In a judgement this morning, the court declared that it was unlikely that Mr Scerri had no involvement  in the redeployment of broadcaster Norman Vella from TVM to the Immigration Office in June 2013.
John Bundy, Silvio Scerri and Norman Vella.John Bundy, Silvio Scerri and Norman Vella.
The issue arose following the publication of an article in this newspaper on June 5, 2014 which quoted Mr Bundy saying that Mr Scerri had removed Mr Vella's, post.
Magistrate Francesco Depasquale, observed that it was the duty of the chief of staff to ensure that  the political direction set by the minister was implemented. It was also generally known that Mr Vella was a television presenter who did not enjoy much favour within the government.
The magistrate said that it was difficult to believe Mr Scerri's statement on the witness stand that he had no say in Mr Vella's redeployment and that he only got to know about it through the media.
"The court finds it hard to believe that a chief of staff within such an important ministry was not aware of correspondence between the permanent secretary and the Office of the Prime minister associated with the removal of Norman Vella from TVM" the court said.
Magistrate Depasquale observed that the decision to deploy Mr Vella back to the Immigration Office was "an administrative as well as a political one, and while the administrative decision was in the hands of the permanent secretary, the political decision belonged to the chief of staff."
On the basis of the documents presented by Kevin Mahoney, permanent secretary at the time, and also on the basis of the chronology of facts as testified by Mr Bundy, the court concluded that the version of the facts as described by John Bundy was much more likely and ascertainable than that explained by Mr Scerri. 
Lawyer Robert Abela was counsel to the defendant.

Sunday, December 11, 2016

Xorbu €756 alkoħol minn fuq dahar il-poplu Malti f'Dubaj

Il-Ministru u Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona, il-Kap tas-Segretarjat tiegħu Mario Azzopardi u s-Segretarja privata tiegħu Dana Farrugia xorbu  b'€756 xorb alkoħoliku waqt żjara ta' tlett ijiem f'Dubaj.

Thursday, December 8, 2016

Mhux Għax Jimpurtani - 8 ta' Diċembru 2016

Biex tara l-ewwel parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew arah hawn taħt:


Biex tara t-tieni parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew arah hawn taħt:

Thursday, December 1, 2016

Mhux Għax Jimpurtani - 1 ta' Diċembru 2016

Biex tara l-ewwel parti tal-programm ikklikkja HAWN jew ara hawn taħt:


Biex tara t-tieni parti tal-programm ikklikkja HAWN jew ara hawn taħt:


Sunday, November 27, 2016

Joseph Muscat bħal Anġlu Farrugia: Min se jgħidlu jirriżenja?

"Hija l-fehema tiegħi li dikjarazzjonijiet simili mhumiex flokhom u m'għandhomx isiru għaliex jimminaw kolonna importanti tad-demokrazija ta' pajjiżna"

Dan il-kliem qalu Joseph Muscat meta ftit ġranet qabel bdiet il-kampanja elettorali ħabbar li kien talab lil Anġlu Farrugia jirriżenja mill-kariga ta' Deputat Mexxej Laburista.

Skont Muscat, il-ħtija ta' Farrugia kienet li ta x'jifhem li sentenza mgħotija minn Maġistrat kienet motivata mit-twemmin u l-involviment politiku ta' qraba tagħha.

Erbgħa snin wara, dalgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li s-sentenza mgħotija mill-Qorti Kostituzzjonali dwar ir-rappreżentanza (is-siġġijiet) fil-Parlament turi li l-Gvern tiegħu mhux parti mill-'establishment' u li huwa l-'underdog'.

Huwa ovvju li l-Prim Ministru qed jipprova jagħti x'jifhem li din id-deċiżjoni tal-ogħla Qorti tal-pajjiż ġejja minn rabtiet 'politiċi'.

Nistaqsi, min fil-Labour se jagħmel kif Joseph Muscat għamel lil Anġlu Farrugia u jitolbu jirriżenja?

Thursday, November 24, 2016

Mhux Għax Jimpurtani - 24 ta' Novembru 2016

Biex tara l-ewwel parti tal-programm ikklikkja HAWN jew ara hawn taħt:


Biex tara t-tieni parti tal-programm ikklikkja HAWN jew ara hawn taħt:


Friday, November 18, 2016

Mhux Għax Jimpurtani - 17 ta' Novembru 2016

Biex tara l-ewwel parti tal-programm ikklikkja HAWN jew ara hawn taħt:


Biex tara t-tieni parti tal-programm ikklikkja HAWN jew ara hawn taħt:


Biex tara t-tielet parti tal-programm ikklikkja HAWN jew ara hawn taħt:

Thursday, November 10, 2016

Mhux Għax Jimpurtani - 10 ta' Novembru 2016

Biex tara l-ewwel parti tal-programm dwar l-għomor il-ħabs ikklikkja HAWN jew ara hawn taħt:


Biex tara t-tieni parti tal-programm dwar il-paga minima ikklikkja HAWN jew ara hawn taħt:

Thursday, November 3, 2016

Ċajt mis-Sagristija u bawxati oħra - Mhux Għax Jimpurtani - 3 ta' Novembru 2016

Biex tara ikklikkja HAWN jew hawn taħt:

L-intervista ma' Mark A Sammut - Mhux Għax Jimpurtani - 3 ta' Novembru 2016

Ikklikkja HAWN biex tara l-intervista mal-eks kandidat Laburista Mark A Sammut li ppubblika l-ktieb "L-Aqwa fl-Ewropa: Il-Panama Papers u l-poter" li xxandret illejla fil-programm Mhux Għax Jimpurtani fuq NET Television.

Tista' taraha hawn ukoll:


Eks kandidat Laburista jippubblika ktieb dwar l-iskandlu tal-Panama Papers

L-eks Kandidat tal-Partit Laburista Mark A Sammut dalgħodu nieda l-ktieb tiegħu 'L-Aqwa fl-Ewropa: Il-Panama Papers u l-poter"

Sammut kien kandidat tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1996 u l-1998. Ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2003, Mark A Sammut kien in-nutar imqabbad mill-Partit Laburista biex jiffirma l-'Patt mal-Poplu' li t-tmexxija tal-partit kienet għamlet mal-poplu Malti.

Mark A Sammut huwa iben il-kittieb mibki Frans Sammut li serva fis-segretarjat privat ta' Alfred Sant meta kien Prim Ministru bejn l-1996 u l-1998.

Fil-ktieb tiegħu Sammut jiddiskrivi l-iskandlu tal-Panama Papers bħala "l-iskandlu li jitfi l-iskandli l-oħra kollha."

Sammut jikteb hekk: "Jekk l-iskandli l-oħra huma l-kwiekeb ta’ billejl, l-iskandlu tal-Panama Papers hu x-xemx. Daqshekk hu kbir. Għax riegħed mhux biss lill-Gvern ta’ Malta u lill-politika Maltija. Imma riegħed ukoll ir-reputazzjoni ta’ Malta lil hinn minn xtutna.”

Bi pjaċir inħabbar li fil-programm Mhux Għax Jimpurtani tal-lejla se nkun qed nintervista lil Mark A Sammut dwar il-ktieb tiegħu, dwar dan l-iskandlu u dwar kif qed jaġixxi l-Gvern ta' Joseph Muscat. Fl-10pm fuq NET Television.


Biex żgur nibdew nużaw id-dgħajjes bnielna toroq iżommu l-ilma!

Il-Ministru Joe Mizzi iffissa b'din tad-dgħajjes. Biex żgur jarana sejrin għax-xogħol b'xi luzzu jew frejgatina qed jagħmlilna toroq iżommu bizzejjed ilma biex id-dgħajsa li nkunu fiha ma tigrifx il-qiegħ!

Prosit Ministru Mizzi. Tassew qed tużahom tajjeb il-fondi tal-Unjoni Ewropea. Tassew qed turina kemm int kapaċi tlesti l-proġetti li bdewlek ta' qablek.

Triq il-Kosta dalgħodu:

Wednesday, November 2, 2016

Simon Busuttil favur li tiżdied il-paga minima

Fil-programm Dissett illejla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil iddikjara li jaqbel mal-proposta ta' 15-il NGO li l-paga minima tiżdied bi 3.5% kull sena għal tliet snin konsekuttivi.

"Opportunisti u korrotti ... tilfu l-kuxjenza ... u moħħhom aktar fil-kontijiet fil-Panama"

Fil-ġurnata li fi Pjazza Kastilja bdew ix-xogħolijiet biex jinbena l-monument għall-Prim Ministru Laburista Dom Mintoff, il-ġurnal 'In-Nazzjon' ikkwota lil dak li kien is-Segretarju Personali tiegħu f'Kastilja għal bosta snin.

Fuq Facebook Joseph Camilleri qal li "il-Partit (Laburista) ġie maqtul... issa għandna l-Moviment, għaqda ta' opportunisti, korrotti."

Huwa żied jgħid li l-Gvern ta' Joseph Muscat "tilef il-kuxjenza" u huwa "iktar moħħu fil-kontijiet fil-Panama".

Tuesday, November 1, 2016

Iktar minn ħames xhur stennija biex tagħmel MRI f'Mater Dei

Pazjent bgħatli kopja ta' dan l-appuntament għal MRI fl-isptar Mater Dei.

Kif qed taraw mid-data, se jkollu jistenna għal aktar minn ħames xhur biex jagħmel dan it-test.

Wednesday, October 19, 2016

F'Xarabank ma' Glenn

Ilbieraħ Mark ta' Xarabank bgħat stedina għal dibattitu fil-programm ta' nhar il-Ġimgħa lili u lill-ħabib intimu u mpjegat tal-Prim Ministru, Glenn Bedingfield.

Ftit tal-minuti wara Bedingfield wieġeb hekk:
if he doesn't chicken out like the other one ... it's fine by me

Din hija r-risposta tiegħi:

“Għażiż Mark,

Ippermettili nuża kliem is-Sur Bedingfield u ngħidlek li m'għandi ebda ħsieb naħrab (chicken out) mill-ebda dibattitu u/jew diskussjoni kif ilu jagħmel il-boss tiegħu Joseph Muscat għal dawn l-aħħar sentejn meta mistieden minnek għal dibattitu f'Xarabank ma' Simon Busuttil u kull meta jħossu skomdu jiffaċċja l-ġurnalisti Maltin u anke barranin u jkollu jaħrab minn xi emergency exit.

Lanqas ma jien biħsiebi nagħmel bħall-kollegi tas-Sur Bedingfield f'Kastilja - Konrad Mizzi u Keith Schembri (tal-Panama, biex niftiehmu) - li ilhom jaħarbu l-istediniet għall-programmi tiegħi għal dawn l-aħħar seba' xhur.

Biex inkun onest miegħek, nippreferi niddibatti lill-Ministru Mizzi u lis-Sur Schembri - għax għandi ħafna x'nistaqsihom - imma nfurmat li dawn anke l-istediniet ta' Xarabank ilhom jaħarbu (chicken out) għal bosta xhur. Jekk jerġa' jibdielhom, count me in.

Sa dakinhar, ladarba l-uniku wieħed f'Kastilja li mhux qed jaħrab (chicken out) l-istediniet ta' Xarabank huwa l-istar candidate Glenn Bedingfield, ikun pjaċir tiegħi li niltaqa' miegħu fil-programm ta' nhar il-Ġimgħa.

Nirringrazzjak għall-istedina tiegħek u nselli għalik u għat-tim kollu ta' Xarabank.

Norman Vella


Tuesday, October 18, 2016

Kemm qed jisraqna mid-diesel u l-petrol

Illum il-prezz internazzjonali taż-żejt jinsab fil-livelli tal-2004.

Dakinhar f'Malta l-petrol kien 44ċ orħos kull litru u d-diesel kien 48ċ orħos.

Daqshekk qed jisirquna Konrad Mizzi u Joseph Muscat kull darba li nieħdu l-karozza timtela' għand tal-pompa.

Mhux ta' b'xejn is-sħab soċjali rrabjati li fil-Budget ma tħabbar ebda roħs fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel.

Monday, October 17, 2016

Il-Profs iparla u ta' Kastilja jaħbu

Fl-ewwel budget imnissel u moqri mill-Ministru Edward Scicluna (4 ta' Novembru 2013), il-Profs kien qalilna hekk:

"Se nagħmlu kampanja kontra l-evażjoni fiskali sabiex infiehmu lil kulħadd għaliex din m'hemmx lokha f'soċjeta' demokratika u żviluppata" (Budget 2014, Paġna 14)

Min jaf x'qalu bejnhom u bejn ruħhom u bejniethom Konrad Mizzi, Keith Schembri u Egrant x'ħin semgħuh jgħid dan id-diskors!

Għax meta l-Profs kien qed jaħseb biex jikteb din il-linja huma kienu ilhom jaħsbu biex jaħbu l-miljuni li kien biħsiebhom idaħħlu mis-senseriji, mill-konsulenzi u mir-riċiklaġġ fil-Panama.

Illum li kulħadd jaqbel li f'soċjeta' demokratika mhux f'loku li Mizzi, Schembri u Egrant iżommu posthom fit-tmun tal-pajjiż, il-Profs se jkun qed jaqralna Budget ieħor bihom bilqiegħda ħdejh.

Joseph Muscat: Il-poplu jkun irid ibiddel anke meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb

Ilejla l-Gvern ta' Joseph Muscat se jippreżenta l-Budget ta' qabel tal-aħħar, jew tal-aħħar, qabel l-elezzjoni ġenerali.

Ħadd m'għandu l-iċken dubju li llejla u l-ġranet li ġejjin se jintużaw mill-magna tal-propoganda ta' Kastilja biex jikkonvinċu lill-poplu li l-ekonomija sejra tajjeb u li l-ġid se jibda jitqassam b'ġustizzja.

Illejla mhux se nisimgħu b'taxxi ġodda.

Dawn drajna nsiru nafu bihom inkiss inkiss matul is-sena bħal ma ġara fil-każ tal-irduppjar tal-kirjiet tal-housing soċjali, il-liċenzji tal-karozzi, il-miżati tal-eżamijiet, in-nollijiet tat-trasport pubbliku u bosta oħrajn.

Bi skandlu wara l-ieħor jiddominaw l-aħbarijiet, b'Ministru u Chief of Staff li żammew posthom f'Kastilja minkejja l-kontijiet moħbija fil-Panama u l-miljuni li riedu jiddepożitaw fihom, din tal-'ekonomija sejra tajjeb' se tkun il-karta li Muscat se jkun qed jipprova jisfrutta kemm jiflaħ biex jerġa' jirbaħ l-elezzjoni ġenerali.

Iżda f'intervista ma' Lou Bondi meta kien qed jikkontesta għall-kariga ta' Mexxej tal-Partit Laburista (ikklikkja hawn biex tara l-filmat fuq YouTube) Muscat innifsu kien stqarr li ekonomija 'sejra tajjeb' mhix garanzija ta' rebħa elettorali. Dakinhar Muscat kien qal li l-elezzjoni tista' tintrebaħ u tintilef għal bosta raġuniet oħra li mhumiex marbutin mal-ekonomija.


Friday, October 14, 2016

Mhux Għax Jimpurtani - 13 ta' Ottubru 2016

Ara l-programm kollu hawn:


Mistiedna fl-ewwel parti: Dr Andrea Dibben u Dr Miriam Sciberras
Mistiedna fit-tieni parti: Marthese Portelli u Toni Bezzina

Thursday, October 13, 2016

Jason Micallef jammetti: "Fallejna bil-kbir"

Ic-Chairman tal-istazzjonijiet tal-Partit Laburista Jason Micallef dalgħodu stqarr fuq Facebook li fil-qasam tat-trasport il-Gvern Laburista falla bil-kbir.

Micallef ammetta li "t-traffiku ta' pajjiżna sar kriżi u pjaga nazzjonali."


Jidher ċar li fil-Partit Laburista hemm skuntentizza kbira bl-operat tal-Ministru Joe Mizzi u tal-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta James Piscopo. Piscopo, li kien Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, qed jitħallas 85,000 Ewro fis-sena u fl-eqqel ta' din il-kriżi qed isib il-ħin jiftaħ, imexxi u jħaddem waħdu kumpanija privata.

Ftit tal-ġranet ilu kien id-Deputat Laburista Luciano Busuttil li għamel kumment simili għal ta' Micallef.

Wednesday, October 12, 2016

Se jagħtu żewg pastizzi fix-xahar biex jitimgħu lil dawk fil-faqar

Dalgħodu l-orizzont ħabbar li biex jiġġieled il-faqar il-Gvern ta' Joseph Muscat se jkun qed iqassam bi 300,000 ikel fis-sena.

L-orizzont ikkwota lill-Ministru Michael Farrugia jgħid li minn dan il-fond se jkunu qed jieklu 41,000 persuna li qed jgħixu f'riskju ta' faqar.

Għamilt ftit kalkoli ta' malajr bil-calculator li għandi fil-mobile.

Iddividejt 300,000 b'41,000 persuna u ġietni s-somma ta' 7.32.

Dan huwa l-ammont li l-Gvern se jkun qed jalloka għal kull persuna kull sena.

Komplejt niddividi. Is-7.32 qsamta bi 12-il xahar u ġietni s-somma ta' 61 ċenteżmu - il-prezz (b'ċenteżmu bqija) taż-żewġ pastizzi li kont għadni kif kilt u mlewli l-flokk bil-frak.

Mill-elezzjoni ġenerali sal-lum dawk fil-faqar żdiedu b'6,000 persuna.

Is-soluzzjoni ta' Muscat u sħabu biex il-faqar ikun eradikat kif wegħdu qabel l-elezzjoni hija li jagħtu lil dawn in-nies żewg pastizzi fix-xahar. Kull ma jonqoshom jagħmlu biex jinsulentawhom iktar huwa li jsaqsuhom iriduhomx mimlijin bir-rikotta jew bit-taħlita tal-piżelli!

Monday, October 10, 2016

Għaliex ma jridux iserrħulna moħħna?

Dalgħodu kull supporter ta' Joseph Muscat u Konrad Mizzi kien qed jistenna li bil-veduta tat-tanker warajhom u bil-ġurnalisti quddiemhom, iħabbru li t-tanker fil-bajja ta' Marsaxlokk ma fih ebda riskju għas-saħħa u s-sigurta' tan-nies li jgħixu, jaħdmu jew jinzertaw fil-madwar.

Kulħadd stenna li r-rapport li sar biex ikejjel jekk hemmx riskji u jekk hemm, x'inhuma, ikun ippubblikat biex b'hekk kulħadd ikun jaf dak li jafu Muscat u Mizzi u jserraħ rasu darba għal dejjem.

Iżda minn dan kollu ma ġara xejn. Anke fil-Parlament, illejla, Joseph Muscat baqa jirrifjuta li jikkwota mqar sentenza waħda minn dan ir-rapport.

Mela x'fih dan ir-rapport? Għaliex Joseph Muscat u Konrad Mizzi ma jridux jippubblikawh? X'qed jaħbulna? La narawh se nserrħu moħħna kif qed jgħidulna, jew se jkollna għalxiex ninkwetaw aktar?

Sab ħin imur Singapore imma ma sabx ħin jinżel sa Marsaxlokk

Fl-aħħar ġranet ta' Lulju l-Prim Ministru Joseph Muscat sab il-ħin biex flimkien ma' sieħbu l-Ministru Konrad Mizzi imur Singapore biex flimkien ivaraw it-tanker tal-gass - vjaġġ ta' madwar 10,000 kilometru.

Iżda dalgħodu l-Prim Ministru ma sabx ħin biex jivjaġġa bejn 7 u 8 kilometri biex minn Kastilja jinżel sa Marsaxlokk jara t-tanker tal-gass dieħel fil-port u jwieġeb il-mistoqsijiet leġittimi tal-ġurnalisti.

Minflok, dalgħodu bagħat lil Konrad waħdu.

Minjaf għaliex?

Friday, October 7, 2016

Minn Kastilja riedu jkeċċu lil Salvu Mallia malli tniffes fuq il-Panama

Illum wiċċ Salvu Mallia reġa' deher fuq ix-xandir tal-istat, bħala mistieden (f'Xarabank) u mhux bħala preżentatur kif kien sa ftit xhur ilu.

Ħadd ma kellu l-iċken dubju li Salvu Mallia u l-programm ferm popolari 'Madwarna' tneħħew minn fuq TVM b'deċiżjoni politika bi tpattija għall-mod kif Salvu tkellem pubblikament dwar il-korruzzjoni tal-Gvern ta' Joseph Muscat.

Illum nista' nikkonferma aktar minn hekk.

Malli Salvu Mallia tniffes fuq l-iskandlu tal-Panama, minn Kastilja ngħatat struzzjoni lill-PBS biex il-programm ta' Mallia jieqaf minnufih, f'April.

Il-programm ma setax jitwaqqaf dakinhar, iżda mill-PBS serrħu moħħ Kastilja li l-programm ta' Mallia ma kienx se jkompli wara Ġunju. Dan kollu ġara bosta xhur qabel John Bundy nħatar Kap Eżekuttiv.

Dan huwa każ ieħor li juri kif Muscat jaħdem ma' min ma jaqbilx miegħu - il-wegħda tal-meritokrazija li nbidlet f'realta' ta' vendikazzjonijiet.

Franco Debono baqa' Assistent Parlamentari ta' Gonzi sa lejliet l-aħħar elezzjoni generali

Jekk illejla se taraw Xarabank u se tisimgħu lil Franco Debono jitgħajjar fuq kemm kien ħażin il-Gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi, żommu f'moħħkom li dak iż-żmien Franco Debono kien l-Assistent Parlamentari tal-istess Prim Ministru Gonzi.

Minkejja l-paroli, t-tejatrini u t-tisbit tas-saqajn, Franco Debono qatt ma rriżenja minn dik il-kariga u baqa' jżomm l-uffiċċju f'Kastilja sal-aħħar ġurnata tal-leġislatura.

Minkejja li fl-aħħar xhur (jew snin) ta' dak il-Gvern Debono qatt ma kien jersaq lejn dan l-uffiċċju, fl-aħħar ta' kull xahar xorta kien jirċievi l-ħlas (is-salarju) għal din il-pożizzjoni.

Dan il-ħlas baqa' jirċevieh sal-aħħar ġurnata tal-leġislatura.

Thursday, October 6, 2016

Mhux Għax Jimpurtani - 6 ta' Ottubru 2016

L-ewwel parti:



It-tieni parti:


Kieku lestew fil-ħin kien jieħdu l-mertu huma

Kieku Konrad Mizzi u Joseph Muscat irenexxielhom iwettqu l-wegħda elettorali li jlestu l-power station tal-gass fi żmien sentejn, kieku llum qed jiftaħru li l-emissjonijiet (il-ħmieġ) fl-arja naqas bin-nofs mertu tar-roadmap tagħhom.

Iżda ż-żejt dejjem jitla' f'wiċċ l-ilma, iridu u ma jridux Muscat u sħabu tal-kumpaniji moħbija fil-Panama.

Statistika tal-NSO ilbieraħ uriet li l-emissjonijiet fl-arja naqsu bin-nofs kemm ilna nieħdu l-elettriku mill-power station il-ġdida tal-BWSC u mill-interconnector bejn Malta u Sqallija.

Illum huwa ċar għal kulħadd li huwa mertu tal-proġetti li ħalla Gvern Nazzjonalista li naqsu l-emissjonijiet fl-arja. Altru milli 'fabbrika tal-kanċer' kif kien jgħid Muscat.

Il-'fabbrika tal-kanċer' illum tinsab fit-toroq tagħna frott l-inkompetenza ta' Ministru ieħor kunjomu Mizzi li tilef ir-roadmap (jekk qatt kellu) u prova s-seamap iżda xorta wasal tard!

Wednesday, October 5, 2016

La tista' tagħmel pipe sa Sqallija, tista' toħrog it-tanker 'l barra

Biex itaffi ftit mill-qatgħa li se nieħdu la naraw it-tanker tal-gass f'Marsaxlokk, il-Ministru (iva, għadu Ministru tal-Enerġija) Konrad Mizzi ħabbar li qed isiru t-testijiet biex jitwettaq il-pjan li kellu Gvern Nazzjonalista tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija.

Iżda n-nies mhumiex boloh kemm jaħsibhom Mizzi.

Xlukkajr qalli "Allura la jista' jagħmel pipe minn Delimara sa Sqallija ma setax joħroġ it-tanker mill-port u jagħmel pipe sat-tanker?".

"Dażgur li seta'!", għidtlu. "F'Livorno, fejn għandhom power station simili, hekk għamlu u m'għandhom ebda tanker fil-port."

Iżda biex isir dan kienu jidħlu f'aktar spejjeż. U iktar spejjeż għall-Electrogas ifisser inqas qliegħ. U għal Konrad tal-Panama l-qliegħ fil-bwiet tal-miljunarji huwa iktar importanti mis-saħħa u s-sigurta' tagħna l-ħaddiema żgħar.

Monday, October 3, 2016

Mill-Mistra għall-ONE, minn KORROTT għal EROJ u ĦABIB

Dan ir-ritratt meħud mill-programm tal-istazzjon tal-Partit Laburista li huwa preżentat mill-ħabib intimu u kollega tal-Prim Ministru Glenn Bedingfield flimkien mat-tifel tal-Ministru Helena Dalli ma jeħtieġ ebda kumment miegħu.

Dak li kien ħażin issa sar tajjeb. Dak li kien korrott issa sar eroj. Dak li kien maħmuġ issa sar ħabib. Dak li kien l-iskandlu tal-Mistra issa sar ix-showman tal-ONE.

Imsieken dawk il-Laburisti li vvotaw biex jeħilsu minn dan l-imbarazz li issa Joseph qed iwaddbilhom quddiem biebhom!

Thursday, September 29, 2016

Mhux Għax Jimpurtani mil-lejla fuq NET Television

Mil-lejla se jirritorna fuq NET Television il-programm ta' diskussjoni u ġrajjiet kurrenti 'Mhux Għax Jimpurtani'.

Il-programm se jkun qed jixxandar kull nhar ta' Ħamis fl-10pm u se jkollu repetizzjoni l-għada l-Ġimgħa fit-8:20am.

Titilfuhx!

Wednesday, September 28, 2016

Owen Bonnici ma jridx lil Franco Debono aktar ma' saqajh

L-esklużjoni tal-Kummissarju għal-Liġijiet Franco Debono minn fuq il-mejda li minn fuqha tħabbar li min se jkun arrestat se jibda jkollu dritt għall-assistenza legali, tixhed dak li ilu jaf kulħadd: li l-Ministru Owen Bonnici ma jridx lil Franco Debono aktar ma' djulu.

Anke Luciano Busuttil frustrat bit-traffiku

Id-Deputat Laburista Luciano Busuttil dalgħodu sploda fuq Facebook wara li minħabba t-traffiku dam siegħa wara l-isteering tal-karozza biex minn Marsaxlokk wasal il-Marsa.

Nistenna li minn ħin għall-ieħor il-Ministru Joe Mizzi jċempillu u jagħtih ħasla kif tmiss il-liġi: "Tort tiegħek Luciano. Minn Marsaxlokk sal-Marsa missek mort bid-dgħajsa."

Tuesday, September 20, 2016

Illejla niltaqgħu fuq il-fosos


Iwieġeb Saviour Balzan: "Lill-udjenza se nħallasha jien minn buti"

Wara li lbieraħ irrapurtajt li l-udjenza li se tkun qed tattendi għall-programm il-ġdid ta' Saviour Balzan fuq TVM se titħallas mill-PBS, Balzan ċempilli biex jgħidli li lil dawn in-nies se jkun qed iħallashom hu minn butu (jew minn but il-kumpanija tiegħu) u li l-PBS mhux se jkun qed jagħmel tajjeb, bl-ebda mod, għal din l-ispiża.

Balzan ċaħad ukoll l-għidut persistenti li hu ried li l-programm ġdid tiegħu jieħu post Xarabank u qalli li hu ma qabilx li Xarabank jitwaqqaf minn fuq TVM u li meta internament kienet qed issir din id-diskussjoni huwa stqarr din l-opinjoni anke mal-Bord tal-PBS.

Nota: Jiena offrejt lil Saviour Balzan jiktibli risposta biex nippublikaha hawnhekk iżda hu rrifjuta. Jiena xorta nħossni obbligat li l-qarrejja tiegħi ikunu jafu l-verzjoni ta' Balzan, u għaldaqstant qed nirraporta dak li qalli fuq it-telefown.

Monday, September 19, 2016

Panama Papers? Mhux importanti daqs il-kaz tat-toilet paper!



Il-PBS se jħallas lin-nies biex imorru jċapċpu lil Saviour Balzan

Saviour Balzan - dak li jmexxi l-gazzetta li darba Lou Bondi sejjaħ il-'Malta Labour Party Today' - ingħata programm ġdid fuq TVM.

M'għandniex għalfejn niddubitaw li dan il-programm ingħatalu bis-sistema meritokratika li ntroduċa f'pajjiżna l-Gvern ta' Joseph Muscat. Dan wara li kull programm li preżenta Balzan dejjem irnexxielu jikseb l-agħar riżultati mmaġinabbli.

Fil-kuriduri tal-PBS intqal li l-ħsieb oriġinali ta' Balzan kienet li dan il-programm jieħu post Xarabank ta' Peppi Azzopardi.

Biex juri lil kulħadd kemm għandu lanżit għal Peppi, Balzan ra kif għamel u daħħal ix-'X' ta' Xarabank fil-logo tal-programm il-ġdid u bħala slogan qed juża l-frażi 'Bla Kantunieri' li huwa l-isem ta' rokna li ilha ssir f'Xarabank minn żmien żemżem.

Biex żgur ma jkollu xejn inqas minn Xarabank, Saviour Balzan irid ukoll li jkollu udjenza live - sala mimlija nies iċapċpu lilu u lill-mistiedna tiegħu.

Iżda hawn Saviour Balzan sab intopp kbir. Saviour kellu jiffaċċja r-realta' li lanqas jekk jiġbor l-udjenza kollha li tissaporti tara programm minn tiegħu mill-kumdita tas-sufan tad-dar ma jirnexxielek timla sala!

Iżda la Saviour irid iċ-ċapċip wara kull mistoqsija li jistaqsi, kellu jinstab mod kif din il-ħolma ssirlu realta' - għax dan huwa Gvern li jappoġġja l-aspirazzjonijiet (ta' Saviour u ta' xi nofs tużżana oħra).

Allura ddeċidew li jibdew iħallsu lil min jattendi għall-programmi ta' Saviour Balzan. Iva, sewwa qrajtu. Il-PBS se jibda jagħti l-flus lil Balzan biex hu jagħti remunerazzjoni lil min jattendi għall-programmi tiegħu.

M'għandix dubju li kieku din l-istorja ġrat fi żmien Gvern Nazzjonalista, Saviour Balzan kien isejjħilha 'skandlu'. Immaġinaw kemm kien jitbaqbaq u jitmansaħ kieku l-Gvern ta' dak iż-żmien ta mqar Ewro wieħed lill-Where is Everybody? biex bih tħallas lill-udjenza fis-sala.

Iżda issa tant wiċċ Saviour qagħdlu għal kollox li qed ikun hu li jirreklama biex in-nies imorru jċapċpu lilu minn fuq dahrna.

Sunday, September 18, 2016

Qed jiffilmjawna npixxu

Filmat li xxandar fuq il-website u fuq l-Aħbarijiet ta' TVM li fih jidher raġel ikisser biex jisraq żewġ rollijiet toilet paper, irrabbjani iktar għall-fatt li f'latrina pubblika hemm kamera li minnha s-Sindku (f'dan il-każ ta' Marsaxlokk) u minjaf min iktar, jista' joqgħod jara n-nies ipixxu mill-kumdita' tal-uffiċċju, ta' daru jew saħansitra mill-mobile.

Insibha oġġezzjonabbli għall-aħħar u ksur qawwi tal-privatezza li minħabba li kultant jitfaċċa xi vandalu li ma jaffordjax idaħħal idu fil-but biex jimsaħ il-warrani, ikun hemm kamera tiffilmjani npixxi.

Friday, September 16, 2016

Sant jinfexx f'Juncker

Fil-blog stqarrija ta' Alfred Sant li fih jippromwovi l-politika ta' "għajn għal għajn u sinna għal sinna", il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew attakka wkoll lill-Partit Popolari Ewropew u lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker.

Għax lejliet il-Presidenza ta' Malta tal-Unjoni Ewropea u l-għada ta' vot qawwi fil-Parlament Ewropew kontra l-korruzzjoni tal-Gvern Malti, kull ma kien jonqosna kien li xi ħadd bħal Alfred Sant jiftaħ il-kanuni kontra l-ikbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew u kontra l-President tal-Kummissjoni Ewropea.

They lost the plot, completely.

Thursday, September 15, 2016

Mission impossible għall-MEPs Laburisti

Kull meta l-media Laburista ttambar li l-vot qawwi fil-Parlament Ewropew kontra Leo Brincat kien ir-riżultat tal-ħidma tal-MEPs Nazzjonalisti, tkun qed tagħti ċertifikat ta' inkompetenza lill-MEPs Laburisti Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi.

Għax jekk skont il-ONE Casa, Metsola u Commodini Cachia kienu kapaċi jikkonvinċu maġġoranza daqstant kbira ta' MEPs, awtomatikament ikun ifisser li l-MEPs Laburisti mmexxija minn Dr Partnership ma kkonvinċew lil ħadd.

Iżda l-verita' mhix dik. Il-verita' hi li l-MEPs Laburisti kellhom mission impossible x'iwettqu.

Għax, ejja ngħiduha kif inhi, minjaf kif baqgħu iċċassati jħarsu lejhom sħabhom l-MEPs meta semgħuhom jiġġustifikaw il-kumpaniji fil-Panama ta' Konrad Mizzi u ta' Keith Schembri.

Minjaf kemm ħakkew rashom kif saru jafu li Mizzi u Schembri għadhom f'posthom f'Kastilja minflok tneħħew wara ftit minuti.

Minjaf kemm qalbu għajnejhom meta qalulhom li għal darba darbtejn il-Grupp Parlamentari kollu Laburista ivvota favur Mizzi u Schembri.

Kif setgħu qatt jikkonvinċu lil xi ħadd li mhux brainwashed bil-gideb tas-Super One u bil-blog ta' sieħeb il-Prim Ministru biex jivvota favur min m'għamel xejn kontra dil-korruzzjoni?

U issa Sant, Dalli u Mizzi qed jaqilgħuha minn żewġ naħat. Fi Brussell u Strasburgu qed jaqilgħuha għax qed jidhru parti minn Gvern korrott u f'Malta qed jaqilgħuha għax il-media tagħhom stess qed tgħajjarhom inkompetenti!

Xi jrid ifisser il-Labour ta' Joseph Muscat meta jgħid 'l-aqwa fl-Ewropa'

It-tielet Deputat Mexxej tal-Partit Laburista f'din is-sena straordinarja, illum fissrilna xi jkun irid jgħid biha l-partit ta' Joseph Muscat meta jgħid li jaspira li jagħmel lil Malta 'l-aqwa fl-Ewropa.'

Għal Chris Cardona 'l-aqwa fl-Ewropa' tfisser li tkun l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea kollha li ma jkollokx kandidat approvat għall-Qorti tal-Awdituri.

'L-aqwa fl-Ewropa' skonthom tfisser li minn 751 Membru Parlamentari Ewropew jivvotaw favur tiegħek biss 30%.

Għal Cardona u Muscat li tkun 'l-aqwa fl-Ewropa' tfisser li jkollok l-uniku Ministru fl-Unjoni Ewropea b'ismu mċappas fl-iskandlu 'Panama Papers' u li ma jirnexxielek tikkonvinċi lanqas lil sħabek tal-istess partit (is-Soċjalisti Ewropej) biex jivvotaw favur tiegħek.

Kieku dawn in-nies qed jieħdu sehem f'xi kummiedja, tidħak daħka, tieħu drink u tmur torqod.

Imma meta tiftakar li lil dawn in-nies fdajnielhom il-preżent u l-futur tat-tfal għeżież tagħna jkollok aptit minflok drink tieħu erbgħa, tibki bikja tajba u tinfexx issabbat rasek mal-ħajt.

Ara l-filmat billi tikklikkja hawn jew hawn taħt.


Fl-Ewropa bħal f'Malta: Iwegħdu mod u jagħmlu bil-kontra

Minkejja li lill-Parlamentari Ewropej wegħdhom li kien se jbaxxi rasu għad-deċiżjoni li kienu se jieħdu dwaru, tkun xi tkun, Leo Brincat se jmur lura minn kelmtu u se jibqa' għaddej bin-nomina tiegħu quddiem il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li fih jiltaqgħu t-28 Prim Ministru tal-Unjoni.

Probabbli, knowing him, se jkollu jagħmel hekk għax imġiegħel minn Joseph Muscat u hu he had no choice miskin!

Insomma, jgħid sewwa l-Malti: lil min tafu tistaqsix għalih.

Mal-Labour ta' Joseph Muscat drajna li jgħidulna mod imbagħad jagħmlu bil-kontra.

Għalina l-unika aħbar f'din l-istorja hija li r-roadmap ta' qerq u korruzzjoni issa bdew jesportawa anke lejn l-Unjoni Ewropea.