Mill-blog tal-konsulent tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li jiftaħar li għandu uffiċċju biswit tiegħu f'Kastilja:
Friday, March 25, 2016
Thursday, March 24, 2016
Il-PN ma tilifx minħabba t-Times
Il-Partit Nazzjonalista ma tilifx l-elezzjoni li għaddiet għax it-Times kienet qed issawwat wisq lill-Gvern tal-ġurnata.
L-edituri u l-ġurnalisti tat-Times bħal dawk ta' kull ġurnal jew programm indipendenti ieħor kellhom id-dmir li jżżommu lill-Gvern Nazzjonalista kontabbli ta' għemilu u jikkritikawh, anki bl-aħrax, meta jiżgarra.
Jiżbalja min jipprova jsib ir-raġuni għat-telfa kbira li ġarrab il-PN f'xi storja ta' korruzzjoni li qed nisimgħu biha llum. Ir-raġunijiet kienu oħrajn u kienu bosta.
Il-verita' hi kien ilu li wasal iż-żmien li l-Partit Nazzjonalista jmur fl-Oppożizzjoni.
Huwa minnu li l-kriżijiet internazzjonali bħall-kollass finanzjarju, il-prezz taż-żejt u r-rivoluzzjoni Libjana fixklu mhux ftit il-ħidma tal-Gvern.
Imma huwa veru wkoll li ttieħdu ħafna deċiżjonijiet żbaljati li daħħlu lill-Gvern u lill-Partit fi sqaq li lanqas intervent divin ma seta' joħroġhom minnu, aħseb u ara xi artiklu jew xi editorjal!

Wednesday, March 23, 2016
Terroriżmu, luttu nazzjonali u l-Premier tagħna lkoll imur holiday
Imma mmaġinaw ftit kieku meta miet il-Perit Mintoff ma qaddisx l-Arċisqof biex ma jipposponix il-holiday, x'kien iqum! Kieku ħoll xagħrek u ġib iż-żejt! U bir-raġun.
Jew mur ġibu l-għada li bdiet ir-rivoluzzjoni fil-Libja l-Prim Ministru Gonzi rħiela għal xi cruise jew għal xi tour fuq l-Alpi. Kemm kienu jgħidu, bir-raġun, li abbanduna 'l pajjiżu f'mument mill-aktar delikat.
Imma llum ikollna naċċettaw li fil-kariga ta' Prim Ministru għandna li xi ħadd li aktar iriidha ta' salesman milli ta' statesman. U għandu raġun.
X'naqgħu u nqumu li l-Ewropa tinsab għarkubtejha.
X'jimpurtana mil-luttu nazzjonali u l-funeral statali tal-Arċisqof.
La bbukjajna l-holiday, immorru l-holiday.
Tuesday, March 22, 2016
Kjarifika għad-diskors ta' Glenn Bedingfield f'Times Talk
Din il-kjarifika nqrat fil-programm Times Talk tal-lejla:
Fil-programm Times Talk ta’ nhar it-Tlieta 15 ta' Marzu s-Sur Glenn Bedingfield semma diversi drabi l-impjieg ta’ Norman Vella fiċ-Ċivil b’rabta mal-kitbiet tiegħu fuq is-social media u l-ħidma tiegħu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u l-media tiegħu.

Fil-grad li Norman Vella jokkupa fiċ-Ċivil ma teżisti ebda
restrizzjoni għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-politika. Fil-fatt huwa seta’
jikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Diversi ħaddiema oħra taċ-Ċivil fil-grad tiegħu u fi gradi oħrajn ukoll jieħdu
sehem attiv u jipparteċipaw fil-politika b’uħud minnhom saħansitra jokkupaw
karigi pubbliċi, bħal Deputati, Sindki, Kunsilliera Lokali u ankeuffiċjali ta'
kull partit politiku li jeżisti f'Malta.
Biex Norman Vella jkun jista' jaħdem fil-ġurnaliżmu u
jippreżenta programmi mal-media tal-Partit Nazzjonalista huwa ngħata il-permess
meħtieġ wara li applika għalih skont ir-regolamenti li japplikaw għall-ħaddiema
kollha taċ-Ċivil fil-grad tiegħu.
Norman Vella huwa awtorizzat jaħdem bħala
ġurnalist ta’ Media.Link Communications anke mid-Dipartiment tal-Informazzjoni
li kull sena jagħtih Press Card.
Norman Vella jifhem li l-kliem li ntqal mill-konsulent tal-Prim
Ministru Joseph Muscat waqt il-programm Times Talk huwa ntiż biss biex
jintidimah u jxekklu fil-ħidma tiegħu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u
fil-media.
Sunday, March 20, 2016
Imġieba inaċċettabbli fuq ix-xandir tal-istat
Fil-programm tiegħu fuq ix-xandir nazzjonali l-preżentatur Saviour Balzan iddikjara għal iktar minn darba li ma jridx li tissemma Daphne Caruana Galizia. Kull mistieden li jazzarda jikkwota l-blog tagħha (li fih inkixef l-iskandlu PanamaGate) u jsemmiha qed ikun ċensurat minnufih minn dan il-preżentatur.
Fil-programm tat-Tnejn li għadda għamilha lil Arnold Cassola. Malli Cassola semma lil Caruana Galizia, Saviour mill-ewwel sikktu u qallu ċar u tond li hu ma jridx li Daphne tissemma fil-programm tiegħu.
Qal li hu jagħmel sforz biex Daphne ma tissemma qatt u nfexx f'attakk isteriku fuqha mingħajr hi ma kienet preżenti biex tirrispondih.
Qaluli li fil-programm ta' ġimgħa qabel għamel l-istess lid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Din l-imġieba ta' Saviour Balzan fuq ix-xandir li suppost huwa ta' kulħadd hija sempliċiment inaċċettabbli. Fuq il-gazzetti tiegħu Balzan jista' jiddeċiedi li jiċċensura lil min irid, imma TVM mhux propjeta' tiegħu u fuqu m'għandu ebda dritt jaġixxi b'dan il-mod.
L-aħħar darba li fuq ix-xandir tal-istat kien ġie deċiż li ma jissemmiex isem xi ħadd kien fis-snin tmenin. Dak l-isem kien ta' Eddie Fenech Adami.

Saturday, March 19, 2016
Muscat jgħid li Toni Abela m'għandux ikun kandidat minħabba l-kaz tal-blokka l-bajda
F'intervista lil The Sunday Times ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali, Joseph Muscat tkellem dwar l-istorja skandaluża tal-blokka l-bajda - il-blokka kokaina li kienet qed titqatta' fil-każin Laburista ta' Ħal Safi u ... isma r-recording ta' Toni Abela hawn taħt.
Dakinhar Joseph Muscat qal ċar u tond li minħabba kif ġab ruħu, kieku Toni Abela kien kandidat Laburista għall-elezzjoni ġenerali kien iġgħalu jirtira.
Tajba din! Mela skont Muscat xi ħadd li ma jixraqlux jikkontesta l-elezzjoni ġenerali ta' Malta jixraqlu jkun il-kandidat ta' pajjiżna għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Ippretenda li xi ħadd li lanqas hu ma kien japprova, japprovawh il-Membri Parlamentari Ewropej. U le!

Friday, March 18, 2016
Thursday, March 17, 2016
Saturday, March 12, 2016
L-aħbar prinċipali ta' TVM illum: l-ilma tad-drenaġġ u proġett li se jkun lest fis-sajf!
Illum l-aħbarijiet ta' TVM fetaħ bl-aħbar li sas-sajf se jitlesta x-xogħol fl-impjanti tad-drenaġġ biex l-ilma tad-drenaġġ ikun jista' jerġa jintuża minflok jintrema fil-baħar.
M'hemmx dubju li din hija l-iktar aħbar importanti li ġrat f'Malta llum - xi ħaġa li forsi se tiġri mill-inqas 4 xhur oħra!
M'hemmx dubju li din hija l-iktar aħbar importanti li ġrat f'Malta llum - xi ħaġa li forsi se tiġri mill-inqas 4 xhur oħra!
Thursday, March 10, 2016
Tuesday, March 8, 2016
Konfoffa jew miraklu?
Mela l-aħbarijiet tas-Super One ilbieraħ qalulna li l-istorja bażwija u mqanżħa li biha qed jipprovaw iċappsu lil Ann Fenech mal-Panama saru jafu biha l-Ħadd mill-gazzetta Malta Today.
U allajbierek il-Ħadd filgħodu stess, fi ftit minuti, il-Partit Laburista rnexxielu jiddisinja, jistampa u jimla t-toroq Maltin bil-billboards b'wiċċ Ann Fenech fuqhom.
Just in time għall-protesta nazzjonali!
U allajbiereħ, fl-istess ftit minuti, rnexxielhom jipproduċu wkoll sett ta' reklami ta' kwalita' tajba għat-televixin u l-internet.
Issa jew dawn tal-Labour f'daqqa waħda saru jagħmlu l-mirakli jew il-Malta Today ta' Salvu Balzan u l-Partit Laburista kienu miftehmin u allura huma parti minn konfoffa.

Missjunarju, miġnun jew ħalliel?
Dan hu dak li qal Joseph Muscat meta kien għadu ġurnalist militanti kontra s-sħubija ta Malta fl-Unjoni Ewropea (tiftakruh Made in Brussels?) u kien għadu ma kkontesta ebda elezzjoni.
Tgħid illum x'ħin iħares fil-mera x'jara? Jara missjunarju, jara miġnun jew jara ħalliel?
Tgħid illum x'ħin iħares fil-mera x'jara? Jara missjunarju, jara miġnun jew jara ħalliel?
Monday, March 7, 2016
Tgħid se tikkwotah Janice tal-ONE lil Franco Debono?
Isa Janice Bartolo tal-ONE, mur għamlu ma' dan il-voxpop dwar Ann Fenech.
Jekk ma tafx fejn issibu, saqsi lill-Ministru.
Jafu sew in-numru tiegħu!
Jekk ma tafx fejn issibu, saqsi lill-Ministru.
Jafu sew in-numru tiegħu!
Evarist Bartolo dwar il-'maltemp' u min jipprova jidħak bih innifsu
Il-Ministru Bartolo jaf kif għandu jwassal messaġġ. Għaldaqstant inħoss li m'għandi nżid xejn mal-kumment li kiteb aktar kmieni llum l-għada tal-protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni.
Kulħadd jista' jaqra, jifhem jixtarr u jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.
Kulħadd jista' jaqra, jifhem jixtarr u jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.
Saturday, March 5, 2016
Jien li ma kontx Tal-Barrani, għada se nkun il-Belt Valletta
Ħafna huma dawk li jiftaħru li fl-1986 kienu attendew għall-Mass Meeting tal-Partit Nazzjonalista f'Tal-Barrani.
Ilkoll iħarsu lura lejn dik il-ġurnata tal-biża bi kburija, anke jekk forsi fl-aħħar elezzjoni għażlu li jivvotaw lill-Partit Laburista jew ma vvotawx.
Dak il-Mass Meeting daħal fil-memorja kollettiva bħala s-simbolu tal-ġlieda nazzjonali għal-liberta' u għad-demokrazija.
Jien dakinhar kont għadni kemm għalaqt 10 snin. Kont għadni żgħir wisq biex nifhem x'kien qed jiġri u biex nirreaġixxi għalih.
Dejjem staqsejt lili nnifsi x'kont nagħmel dakinhar kieku kont ikbar, kieku kelli s-sens li nagħrbel u niddeċiedi għalija nnifsi.
Kont nifhem?
Kont nirrispondi?
Kont ngħolli rasi jew kont inbaxxiha?
Kont inkun raġel jew kont inkun tifel?
Kont immur Tal-Barrani?
Kont inkun hemm meta s-sewwa jsejjaħli?
Għada hija l-ġurnata li fiha se nagħti risposta għal dawn id-domandi kollha.
Tletin sena oħra, meta jsaqsuni jew nistaqsi lili nnifsi jien x'għamilt dakinhar, se nkun nista' nwieġeb li dakinhar tal-Ħadd 6 ta' Marzu 2016, fit-3 ta' wara nofsinhar, jien kont Pjazza Kastilja nsemma leħni għas-sewwa.
#IWILLBETHERE

Friday, March 4, 2016
Reazzjoni immedjata tal-Kap tal-PN dwar iż-żwieġ għall-koppji tal-istess sess
“La darba
unjoni ċivili diġà tagħti l-istess drittijiet u obbligi ta’ żwieġ ċivili, jien
ma nara l-ebda diffikultà li nbiddlu l-isem u nsejjħu l-unjoni ċivili dak li
tassew diġà hi, jiġifieri żwieġ.”
Issa nistgħu inkomplu nitkellmu fuq
PanamaGate!
Jipprova juża l-gays biex jaljena mill-korruzzjoni
Dalgħodu l-Prim Ministru prova juża l-komunita' LGBTIQ biex jiddevja l-attenzjoni minn fuq
l-akbar skandlu fl-istoja politika ta' Malta.
Għax mingħalih li l-gays ma jimpurthomx mill-korruzzjoni.
Għax mingħalih li l-gays ma jimpurthomx mill-korruzzjoni.
SHAME ON YOU.
Ieqaf insulenta l-intelliġenza
tan-nies.
Ieqaf ilgħab bis-sentimenti ġenwini tan-nies.
Ieqaf uża n-nies.
PS:
Personalment, ili naqbel maż-żwieġ ċivili għall-gays minn ħafna snin qabel
Konrad u Keith marru l-Panama u l-Azerbajġan.
Il-lezzjonijiet privati ta' Joseph Muscat
Il-Prim Ministru Joseph Muscat dil-ġimgħa qalilna li dwar il-korruzzjoni ma jieħux lezzjonijiet mingħand Simon Busuttil.
Lil dan tal-aħħar (Ilham Aliyev tal-Azerbajġan) anke Keith u Konrad imorru l-privat għandu u jieħdu lil Kurt magħhom imma dak ma joqgħodx attent, dejjem moħħu fil-mobile:
Bir-raġun, għax qed imur il-privat għand dawn...
Għand Johnny tas-sigaretti:
Għand Jeffrey tal-Mistra:
Għand il-ħabib ta' Gaffarena:
Għand dak li jirranġa l-visas lil-Libjani:
U għand dak li ġie l-ewwel fid-dinja (fil-korruzzjoni):
Għand dak li jirranġa l-visas lil-Libjani:
U għand dak li ġie l-ewwel fid-dinja (fil-korruzzjoni):
Lil dan tal-aħħar (Ilham Aliyev tal-Azerbajġan) anke Keith u Konrad imorru l-privat għandu u jieħdu lil Kurt magħhom imma dak ma joqgħodx attent, dejjem moħħu fil-mobile:
Thursday, March 3, 2016
Wednesday, March 2, 2016
Ġurnalista top-notch (bil-filmat)
Dalgħodu għall-press conference tal-Partit Nazzjonalista kien hemm ir-reporter tal-istazzjon tal-Partit Laburista Janice Bartolo.
Fil-ħin tal-mistoqsijiet Bartolo qalet lill-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li hu qatt ma kien u mhux avukat 'top-notch'.
Għax taf int, kemm ilha tagħmilha mal-Ministru tal-Ġustizzja din Janice tgħidx kemm saret tifhem fl-avukati!
Ara l-filmat hawn:

Tuesday, March 1, 2016
Stennejt li nara lil Franco fuq il-ONE illejla, iżda minflok hemm Hermann
Bħalissa fuq
l-istazzjon tal-Partit Laburista qed jiddiskutu l-iskandlu tal-Panama (jew tal-Azerbajġan?), ovvjament mingħajr ma jgħidu li hu skandlu.
Stennejt li fuq
skandlu bħal dan il-producers tal-ONE jistiednu lill-espert tar-responsabbilta’ politika u l-governanza
tajba, Dr Franco Debono.
Sa qabel l-aħħar
elezzjoni ġenerali lil Dr Debono kont tarah kważi kuljum fuq il-ONE jitmasħan fuq dawn
is-suġġetti.
Iżda llum lil
Franco qishom ma jriduhx aktar.
Qisu m'għadhomx iqisuh relevanti.
Minjaf għaliex? Tgħid għax jekk illum jirrepeti dak li kien jgħid ilbieraħ u jagħtu kasu jkollu jżarma l-Gvern?
Qisu m'għadhomx iqisuh relevanti.
Minjaf għaliex? Tgħid għax jekk illum jirrepeti dak li kien jgħid ilbieraħ u jagħtu kasu jkollu jżarma l-Gvern?
Insomma, minflok Franco llejla
fuq il-ONE hemm il-ħabib tiegħi, il-kandidat Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett, Hermann Schiavone li sa mill-ewwel battuti rebaħ kull argument li ġabulu. Fl-aħħar mill-aħħar ir-raġuni ma tridx forza.
Ħafna arja u bluff u għadhom m'għamlux libell wieħed
Innutaw li Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista li kixfet l-iskandlu tal-Panama (u tal-Ażerbajġan?), mhix qed tallega evażjoni ta' taxxa, imma qed tallega r-reati ferm aktar serji ta' korruzzjoni, tixħim u ħasil ta' flus.
Kieku xi ħadd jagħmel dawn l-allegazzjonijiet fuqi, nista' nassigugarakom li sa ħames minuti wara nkun għand avukat biex jibda kawża ta' libell.
Fil-passat kemm Konrad Mizzi, kif ukoll Keith Schembri fetħu kawżi ta' libell fuq allegazzjonijiet ferm inqas serji, imma did-darba għadhom m'għamlu xejn ħlief jheddu u jibbluffjaw.
X'qed jaħbu?

Subscribe to:
Posts (Atom)