Monday, December 14, 2015

Araw x'qalilna l-Awditur Ġenerali, Jeffrey u Lara





Bħalissa qed iċemplu lill-pulizija biex tinfetaħ inkjesta Maġisterjali

M'għandix dubju li hemm ħafna fost dawk li l-ġimgħa l-oħra riedu ras il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq platt li bħalissa qed iċemplu lill-pulizija jħeġġuhom jinvestigaw u jiftħu inkjesta bil-Maġistrat. Sa għada filgħodu dawn it-talin se jkunu qed jinsistu għat-tkeċċija ta' dawk f'Kastilja li kienu responsabbli minn dan l-abbuż. Wara se jitolbu lill-Prim Ministru jġorr ir-responsabbiltà tal-għażliet li għamel u jirriżenja.

Prosit kemm huma konsistenti!


Saturday, December 12, 2015

Viva r-Repubblika

Ma nara xejn ħażin li persuna li tkun mexxiet l-ikbar Union fil-pajjiż għal sittax-il sena tingħata Ġieħ ir-Repubblika. Anzi, nqisha bħala xi ħaġa normalissima li għandha ssir.

Li din il-persuna jkun jisimha Tony Zarb u f'dawn is-sittax-il sena tkun għamlet dak li għamel hu, jirrifletti ħażin u huwa ta' għajb għall-membri u d-delegati tal-Union li m'għarfux jagħżlu toroq u persuni aħjar.

L-agħa li qed iqum illum dwar id-deċiżjoni li Zarb ikun onorat mill-istat għandu jkun indirizzat lejn dawk li għal sittax-il sena sħaħ għażluh bħala l-mexxej tagħhom u ntelqu għal warajh u wara ċ-ċuċati li kien jgħid u jagħmel. Povru ħaddiem!

Intant, minjaf Mario Cutajar (illum Kap taċ-Ċivil), Ronnie Pellegrini (illum Kap tas-Segretarjat ta' Helena Dalli) u Manuel Micallef (illum kandidat Laburista u preżentatur fuq ONE) x'igelglu x-xampanja u jogħrku jdejhom bil-pjaċir li tathom din l-aħbar!


Friday, December 11, 2015

Mill-Baħrija sar-Rabat: X'differenza!

Fl-2009, Victor Scerri ma kellu ebda kariga fil-Gvern ta’ Lawrence Gonzi. La kien Ministru, la Segretarju Parlamentari u lanqas Deputat. Kien jokkupa kariga biss fil-Partit Nazzjonalista - dik ta’ President tal-Kunsill Ġenerali.

Rapport tal-Awditur tal-MEPA, li Scerri u l-perit tiegħu Robert Musumeci kkontestaw bil-qawwa kollha, kien tefa’ dell fuq permess maħruġ fuq propjetà ta’ mart Scerri fil-Baħrija.

Victor Scerri irriżenja mill-kariga ta’ President tal-partit.

Ftit wara, minkejja li ma kien għadu jokkupa ebda kariga pubblika, Scerri aċċetta stedina biex jieħu sehem fil-programm Xarabank.

Hu, martu u l-perit tiegħu marru fil-programm live, poġġew il-karti kollha fuq il-mejda, iffaċċjaw u wieġbu dak li kien qed jgħid l-Awditur, dak li kienu qed jgħidu l-NGOs ambjentali u anke dak li kienet qed tgħid il-media Laburista u dik indipendenti.

Dik irġulija!

Dik trasparenza!

X’differenza minn kif qed iġib ruħu llum is-Segretarju Parlamentari Ian Borg.

Jistgħu idumu jgħidulu l-NGOs biex jirriżenja ... jista’ jħambaq l-Ombudsman... tista’ tinvestiga l-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni.

Ian Borg kien, għadu u se jibqa’ fil-kariga u li għalih ikompli għaddej anke bil-bini.

Dawk li vvotaw għall-bidla ħaduha tassew - il-kontabilità u t-trasparenza ingħataw majnata tant kbira li għerqu. 



Wednesday, December 9, 2015

Is-sospensjoni tax-xufier ta’ Simon Busuttil

Iktar ma naqra u nisma dwar l-allegazzjonijiet fuq il-konsum tal-fuel tal-karozza tal-Kap tal-Oppożizzjoni, iktar nikkonvinċi ruħi li din hija storja minfuħa b’mod eżaġerat biex tattakka l-integrita tiegħu.

Minkejja li kull ħażin, żgħir jew kbir, huwa ħażin, inqisha tad-daħk (jew tal-biki) li allegazzjoni bħal din tiddomina l-aħbarijiet daqs jew aktar mill-iskandli miljunarji li qed idarruna bihom xi Ministri u Deputati Laburisti.

Is-sempliċi fatt li dwar allowance ta’ ftit Ewro fuel fil-ġimgħa nħasset il-ħtieġa ta’ investigazzjoni tal-pulizija u inkjesta bil-Maġistrat bil-konsegwenza ovvja ta’ bumbardament medjatiku, lili jgħidli biss li Busuttil m’għadux jitqies bħala avversarju kkundannat li jitlef l-elezzjoni li jmiss.

Malli l-Kap Nazzjonalista sar jaf b’dak li kien qed jinħema talab li x-xufier tiegħu ikun sospiż minn xogħolu.

Irrid ngħid li nifhem ir-raġunament kollu wara d-deċiżjoni li ħa Simon Busuttil u nifhem ukoll x’messaġġ ried jibgħat biha.

Bdanakollu nħoss li dwarha għandi nagħmel ftit riflessjonijiet.

Anke lili dan il-Gvern għaddieni minn arrest u investigazzjoni bla bażi bl-uniku skop ikun li jħammiġni u jiskreditani. Għaldaqstant, jekk huwa tassew akkużat għalxejn, nista’ nifhem minn xiex inhu għaddej dan ix-xufier bħalissa.

Minkejja li għadda ż-żmien u ħfirt, dawk il-ġranet tal-arrest ma ninsihom qatt. U l-iktar li ma ninsiex huwa lil dawk li ħarġu għonqhom jiddefenduni.

Allura, minkejja li ma nafx id-dettalji kollha tal-każ, illum irrid inkun fost dawk li jemmnu lix-xufier ta’ Simon, li bħali għandu isem, kunjom u ġieħ x’jiddefendi u familja x’jieħu ħsieb.

Inżid ngħid li jekk tassew m’hemmx suspett raġunat li dan ix-xufier abbuża, huwa m’għandux ikun sospiż u għandu jitħalla jkompli jaqdi d-dmirijiet tiegħu.

Jekk vera nemmnu li din l-istorja hija biss attakk infondat ieħor, il-pożizzjoni politika tagħna għandha tkun li niġġieldu s-sors ta’ dan l-attakk, hu min hu jew hi min hi.

Wisq nibża li jekk kull darba li xi ħadd ifettillu jabbuża mill-poter u jattakka lil wieħed jew waħda minna, isib Oppożizzjoni li tissospendik minflok tiddefendik b’saħħitha kollha, dawn l-episodji se jibqgħu jirrepetu ruħhom.

Il-kisba ta’ governanza tajba tibda bi ġlieda qalila kontra l-abbużi, il-gideb u l-inġustizzji.

Ma nistgħux inħallu l-iżbalji li saru fil-passat jikkundizzjonawna tant li biex il-partit jidher onest aktar minn qatt qabel nagħtu daharna lil dawk li biex jimxu għandhom bżonn riġlejna.

Iva, min fostna jiżbalja għandu jpatti proporzjonalment ta’ għemilu. Bl-istess mod dawk fostna li jkunu attakkati u mżebilħa għandhom isibuna spalla ma’ spalla magħhom.

Jekk l-Oppożizzjoni mhux se tkun tarka tal-azzar għall-vittmi ta’ dan il-Gvern u mhux se turi li lesta tiġġieled għalihom bil-mezzi kollha tagħha, se nispiċċaw kollha għarkuptejna quddiem Kastilja nitolbu lil Muscat u sħabu jkollhom ħniena minna.

U din tkun il-kundanna tagħna. Hekk, inkunu tlifna kull ċans li sentejn oħra naraw lill-PN fil-Gvern u lil Simon Busuttil Prim Ministru.

Saturday, December 5, 2015

Muscat u l-ħallelin miljunarji

Il-Prim Ministru lbieraħ qal li qabel jibda jagħmel xi ħaġa fuq il-boathouses illegali li nbnew fuq art li suppost hija tagħna lkoll, se jaffronta lill-miljunarji li fi kliemu ħatfu l-artijiet kontra l-liġi u saru sinjuruni minnhom.

Jibda minn fejn jibda u jibda minn min jibda, tkun ħaġa tajba li l-Prim Ministru jibda. Anzi, intendi naqbel miegħu li għandu jibda min dawk li ħatfu (serqu) l-aktar.

Iżda stqarrija bħal din ma tistax titħalla għaddejja mingħajr ftit mistoqsijiet pertinenti.

Sur Prim Ministru, min huma dawn il-miljunarji li kont qed tirreferi għalihom ilbieraħ?

Liema huma l-artijiet li semmejt u xi żvilupp sar fuqhom?

Kemm hemm minn dawn l-illegalitajiet u abbużi?

Meta se tibda tieħu passi?

X’se jkunu l-passi li se tieħu?

Wara li tlesti minn dawn il-ħallelin miljunarji, se tibda ddur lil dawk il-ħallelin ifqar, bħal tal-boathouses?

Tista’ jekk jogħġbok tagħti time frame lilna ċ-ċittadini li qatt ma sraqna xejn, la żgħir u lanqas kbir, meta se ssir ġustizzja magħna?

Sunday, November 29, 2015

Debono Grech jirriżenja

Il-Mexxej tal-Partit Laburista talab lil Joe Debono Grech jirriżenja minn Membru Parlamentari wara li fid-diskors tiegħu għadda kummenti fil-konfront tad-Deputat Marlene Farrugia.

Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Debono Grech qal li Muscat ċempillu u qallu li minħabba l-kummenti li għadda jħoss li għandu jirriżenja.

Nota: Din hija silta minn rapport li deher fil-21 ta' Diċembru 2012, ftit jiem qabel bdiet il-kampanja elettorali li tat rebħa kbira lill-Partit Laburista. Minn din is-silta biddilt l-ismijiet u l-karigi tal-protagonisti. Lil Anġlu Farrugia bdiltu ma' Joe Debono Grech u lill-Maġistrat Audrey Demicoli mad-Deputat Marlene Farrugia.

Esperiment żgħir li juri kemm inbidel Muscat kemm ilu li sar Prim Ministru.

Jekk tħossok offiż li bellajthielek u ħlejtlek 5 minuti taqra dan il-blog, aħseb u ara kemm tħossok iktar offiż b'min bellagħhielek u ħlielek 5 snin!

Friday, November 27, 2015

Sentejn wara ... l-istess rigal lir-Reġina

Sentejn ilu meta Norman Hamilton sar Ambaxxatur għar-Renju Unit, ta lir-Reġina pittura ta' Villa Guardamangia:


Ilbieraħ il-President ta' Malta preżentat lir-Reġina pittura oħra ta' Villa Guardamangia:


Tassew oriġinali!

Filmat: Il-President u r-Reġina fuq Stricia la Notizia


Perċezzjoni Irjali




Il-media Laburista fiċ-CHOGM 2005

L-għada li r-Reġina Eliżabetta II waslet f'Malta, il-Ħamis 24 ta' Novembru 2005, il-ġurnal l-orizzont ħeġġeġ lill-poplu Malti jinġabar fil-Belt Valletta dakinhar filgħaxija għal protesta, ftit passi bogħod minn fejn kellu jsir riċiviment Irjali fil-lukanda Phoenicia:


Dakinhar li bdiet l-ewwel CHOGM f'Malta, il-Ġimgħa 25 ta' Novembru 2005, l-orizzont tiftaħar b'kemm irnexxielha tiġbor nies fit-toroq tal-kapitali l-General Workers' Union u tħabbar sensiela ta' azzjonijiet industrijali:

Thursday, November 26, 2015

L-eżempju li jkaxkar ‘l isfel

L-imġieba ta’ dawk li f’soċjeta' għandhom l-iktar poter hija l-mudell li minnu l-kumplament jieħdu eżempju. Iffaċċjat bil-kliem ta’ theddid ta’ Deputat tiegħu fil-Parlament - Niġi għalik u nifqgħek - il-Prim Ministru kellu biss triq waħda x’jieħu, iġgħelu jirriżenja jew ikeċċieh.

Dan ma ġarax. Anzi, ġara bil-kontra.

Fil-kamra l-aktar 'onorevoli' f'pajjiżna rajna spettaklu meskin. Wieħed wara l-oħra, uħud mid-Deputati u Ministri tal-Gvern raw kif għamlu biex ibenġlu u jiskużaw dan l-aġir oxxen.

Dan jibgħat messaġġ lis-soċjeta tagħna li nqisu ferm iktar gravi mill-kliem ta’ Debono Grech fih innifsu.

B’dak li għamel jew aħjar, b’dak li m’għamilx, il-Prim Ministru qed jgħid lill-poplu li attitudni ta’ bulli fis-soċjeta' tagħna hija skużabbli.

Bin-nuqqas ta’ azzjoni tal-Prim Ministru tilfu n-nisa u l-irġiel tal-affari tagħhom, dawk l-uffiċjali pubbliċi, l-għalliema, il-pulizija, il-wardens, it-tobba, l-infermiera u l-kumplament li ta’ kuljum ikollhom jiffaċċjaw lill-bullijiet bħal Debono Grech - li f’pajjiżna mhumiex ftit - u jistennew bi dritt li lil min fdaw bis-setgħa jipproteġi lilhom u mhux lill-aggressur.

Illum qrajna wkoll kif id-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela ġie mċanfar minn Maġistrat għax qed jaħli l-ħin tal-Qorti bl-iskop li jtawwal kemm jista’ jkun il-każ dwar is-siġġijiet fil-Parlament. Mingħajr ma nidħol fil-mertu tal-każ u x’jgħid dwar il-kredenzjali demokratiċi tal-Partit Laburista, hawn għandna messaġġ ieħor favur il-bulli.

Hija frustrazzjoni kbira għal bosta nies li għandhom każ il-Qorti meta jiġri li l-parti l-oħra toqgħod tilgħab dal-logħob biex każ jitwal u l-ġustizzja ddum ma ssir jew ma ssirx.

Kull ma kien jonqos għal dawn il-bullies kien li jsibu l-konfort tal-partit fil-Gvern li jġib ruħu eżatt 
bħalhom.

Għal darb’oħra, l-eżempju tal-Gvern ikaxkar ‘l isfel.

Għal darb’oħra, jirbaħ il-bulli u jitilfu n-nies tal-affari tagħhom.

Monday, November 23, 2015

Ħamest ijiem fuq l-ixkaffa ta' TVM

It-Tlieta rriżenjat dik li kienet id-Deputat tal-Gvern, Marlene Farrugia. Minn dakinhar fuq l-istazzjon nazzjonali TVM saru bosta programmi ta’ diskussjoni imma fl-ebda wieħed għadna ma rajna lil Marlene.

L-għada tar-riżenja Reno Bugeja kellu okkażjoni tad-deheb li kull ġurnalist li jixraqlu jissejjaħ hekk żgur ma jitlifx. Iżda f’Dissett, minflok rajna lil Reno jintervista lil Marlene, rajnieh mar-raġel ta’ Sai ‘13-il elf fix-xahar’ Mizzi.

Marlene ma kienet mistiedna qatt fil-programm ta’ filgħodu ta’ Norma Saliba, TVAM, la l-Erbgħa, la l-Ħamis, la l-Ġimgħa u lanqas dalgħodu.

Il-programm ta’ kull filgħaxija ‘Skjetti’ ddiskuta temi mill-aktar kurrenti u jaħarqu bħall-ġugarelli u l-bejjiegħa tad-doughnuts u tal-pastizzi. U mela r-riżenja ta’ Marlene Farrugia!

Il-Ħamis kien hemm ‘Realta’ ta’ Brian Hansford, Laburist kbir li ngħata l-programm fi żmien in-nuqqas ta' meritokrazija ta' Gonzi.

Hansford iddiskuta s-sitwazzjoni f'Paceville, l-istess kif għamel Times Talk jumejn qabel u kif kien pjanat li jagħmel Xarabank l-għada.

Il-Ġimgħa Xarabank kompla bis-suġġetti li kellu pjanati - Paceville, it-terroriżmu u l-Junior Eurovision.

Biex inkun għidt kollox, Peppi Azzopardi avża li stieden lil Marlene għall-programm tal-ġimgħa d-dieħla. M'għandix dubju li sieħbi Peppi kellu moħħu mistrieħ li ma kienx se jsib lil Marlene ma' wiċċu fil-programm kif kien ġralu bi Franco Debono ftit ġranet wara li vvota kontra l-Gvern ta' Gonzi!

Dak kien żmien ieħor hux! Dak kien żmien li fih l-Labour kien jippoża li se jkun Gvern li jagħti vuċi lil kulħadd, speċjalment lid-Deputati dissidenti. LOL, kif jgħidu fuq Facebook!

Mela l-ewwel dehra ta’ Marlene fuq l-istazzjon nazzjonali wara r-riżenja se tkun fil-programm 'Reporter' ta’ Salvu Balzan li jixxandar tard illejla, wara l-10 ta’ bil-lejl. Ma tarax ma tkunx fil-prime time! Mela din xi ħaġa daqshekk importanti?!

Agħar minn hekk, dan Reporter tal-lejla mhux se jsir live. Salvu rrekordja l-intervista ma’ Marlene nhar l-Erbgħa li għadda, l-għada li rriżenjat: ĦAMEST IJIEM ILU!

Jiġifieri llejla m’aħna se nisimgħu xejn fuq dak li ġara mill-Erbgħa sal-lum, inkluż it-theddid li kellha Marlene mingħand ħafna Laburisti, ewlieni fosthom Joe Debono Grech fil-Parlament.

Dan ifisser li l-għada li ġrat l-istorja, l-istazzjon nazzjonali rrekordja intervista - sa dakinhar esklussiva - mad-Deputat li kienet għadha kif rriżenjat minn fuq in-naħa tal-Gvern u żammha ħamest ijiem fuq l-ixkaffa mingħajr ma xandarha.

Sunday, November 15, 2015

Dal-lejl f'Paceville

Ftit ġranet ilu l-Prim Ministru Rumen ġarr ir-responsabbiltà politika u rreżenja wara li nirien f’nightclub qatlu iktar minn 30 ruħ.

Imħatra li għall-inċident ta' dal-lejl f’Paceville ħadd mhu se jġorr farka responsabbilà?




Saturday, November 14, 2015

Politika ta' mibgħeda

Jekk it-terroristi tal-ISIL jaqraw x’kitbu xi Maltin (jiddispjaċini ninnota, ĦAFNA Maltin) fuq Facebook illum tgħidx kemm jogħrku jdejhom u jitpaxxew.

L-uniku politika u twemmin tat-terroristi hija l-MIBGĦEDA.

Jidher li dan is-sentiment qed jaħkem lil bosta anke f’pajjiżna. U din hija r-rebħa li jridu dawn it-terroristi. Dawn iridu joqtlulna ruħna, mhux ġisimna. Ikun idjota u kodard min jagħzel li jċedilhom mhux min jibqa sod minkejja t-terrur, minkejja t-theddid.

Ironikament ħafna minn dawn li qed jirremmettu l-mibgħeda qed jgħattu wiċċhom bil-bandiera Franċiża.

Tgħid jafu li dawk huma l-kuluri tal-libertà, l-ugwaljanza u l-fraternità?

Taħt attakk

Il-libertajiet li aħna l-Ewropej akkwistajna wara sekli ta’ gwerer, tbatija u mwiet, jinsabu taħt attakk.

Sfortunatament fid-dinja hawn min lest iħallas b’ħajtu biex iwerwirna u jġagħlna niċċaħdu minn dak kollu li jagħmilna Ewropej.

It-terrorist jirbaħ meta tirbaħ il-biża. It-terrorist jirbaħlek meta ċċedi għal dak li jrid hu.

Għandna dmir lejn dawk li ġew qabilna u għal min ġej warajna li niġġieldu din il-gwerra b’rasna mgħollija ‘l fuq u mhux b’dembna bejn saqajna.

Thursday, November 5, 2015

Iridu jħaġġruh, imma huma...

F’Xarabank kien hemm dan Mark li fir-rokna satirika tiegħu fettillu jgħid lit-telespettaturi li la tasal iċ-CHOGM u jingħalqu l-iskejjel, l-Universita' u min jaf fejn aktar biex it-toroq jinħelsu minn skoss karozzi, kulħadd għandu joħroġ dawra bil-karozza biex ir-Reġina xorta tinqabad fit-traffiku.

U fuq is-social media qam pandemonju.
L-iktar Laburisti akkaniti, dawk li jaħilfu li Xarabank ilhom ma jarawh minn żmien Alfred Sant Prim Ministru, spiċċaw ixandru (jew jixxerjaw) l-filmat ta’ dan Mark jgħid din l-‘ereżija’ fuq il-paġni tal-Facebook tagħhom.
Fil-kummenti tagħhom kollha qablu li dan Mark parla żejjed u li għandhom jittieħdu passi. Kien hemm min kiteb li dan Mark ħaqqu jaqla’ daqqtejn tajbin. Oħrajn issuġġerew li għandu jitkeċċa minnufih mix-Xandir Nazzjonali. Bosta qablu li fil-kwistjoni għandu jindaħal il-Kummissarju tal-Pulizija li għandu jarresta lil Mark u jressqu l-Qorti. Ovvjament, dawn tal-aħħar jemmnu li għal dak li qal f’Xarabank, Mark għandu jgħaddi xi ftit jiem ta’ meditazzjoni f’Kordin.
Insomma, il-paladini tal-Gvern li tant hu kontra kull ċensura li jrid ineħħi l-liġi li ma tħallikx iżżebblah ‘l Alla, din in-nibxa ta’ Mark ma felħuhiex. Dawn li tant jiftaħru li ħelsuna mill-oppressjoni tar-Reġina, issa qed tuġagħhom qalbhom għaliha u ma jridux li tinqabad għal xi ftit minuti wara xi trakk idaħħan flimkien ma’ sħabha d-dittaturi taċ-CHOGM.

Issa din ta’ Mark ta’ Xarabank kienet biss ċajta. Ta’ Tony Zarb le.

Meta saret iċ-CHOGM f’Malta fi żmien Gvern Nazzjonalista, Tony Zarb tal-GWU kien ġabar lil dawn il-Laburisti li llum iridu jħaġġru ‘l Mark u organiżżalhom protesta fil-Belt Valletta. Matul din il-protesta dawn it-talin kienu ddikjaraw “gwerra” lill-Gvern u qalu li kienu lesti saħansitra jwaqqgħuh.

Din il-protesta saret waqt li f’Kastilja kienu għaddejjin il-laqgħat taċ-CHOGM u ftit tal-ħin qabel beda r-riċiviment tar-Reġina fil-lukanda Phoenicia.

Dakinhar ħadd ma nkedd li r-Reġina setgħet tinqabad fit-traffiku. Dakinhar ħadd ma ried jagħti daqtejn, ikeċċi jew jarresta lil Tony Zarb. Dak kien żmien ieħor.



Wednesday, November 4, 2015

Dissett: Simon Busuttil dwar Norman Vella

Fil-programm 'Dissett' tal-lejla, il-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS Reno Bugeja staqsa għalija mal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Filli tant ma kont niswa xejn għal TVM li malli l-Partit Laburista ħa l-Gvern bdew jaraw kif jagħmlu biex jeħilsu minni u filli tant sirt importanti li qed jistaqsu dwari fil-programmi!

Araw hawn kif il-Kap tagħna Simon Busuttil qatalhom l-għatx bil-perżuta.

Monday, October 26, 2015

Sentejn wara

Għada jaħbat it-tieni anniversarju ta’ meta arrestawni u ħaduli ħwejġi għalxejn fuq il-post tax-xogħol fl-ajruport.

Il-banalita tal-akkużi, l-ineżistenza ta’ xi forma ta’ prova u l-mod kif il-Qorti ddikjarat l-innoċenza tiegħi f’inqas minn tlett ijiem juru li din il-ġrajja ma kinetx għajr vendikazzjoni intiża biex tkissirni.

Matul dawn is-sentejn kienu bosta li kellmuni dwar dan l-episodju. Iżda jkolli ngħid li huma ftit dawk li fehemu kif din l-azzjoni setgħet kissret il-ħajja tiegħi u ta' familti kieku għaddiet ta' min ried jagħmilli l-ħsara.

Impossibbli tinsa ġrajja bħal din u diffiċli ħafna taħfer lil min ikun għamilhielek. Iżda jien qatt ma bżajt mill-affarijiet diffiċli u rari żammejt lura milli nagħmel dak li nemmen fih.

Dejjem emmint li l-ikbar telfa li tista' ġġarrab tkun jekk titlef lilek innifsek.

Għalhekk, minkejja li qatt ħadd ma skuża ruħu, jien qed naħfer lil kull min ħa sehem f'din il-vendikazzjoni.

Quddiem il-Qorti mal-avukati Therese Commodini Cachia, Andrew Borg Cardona u Karol Aquilina. (28-10-2013)

Monday, June 8, 2015

Il-Prim Ministru sab job part-time

Jidher li l-Prim Ministru diġà beda japplika l-kodiċi tal-etika l-ġdid u fl-‘interess nazzjonali’ reġa' beda jagħmel ix-xogħol ta' ġurnalist part-time.

Allura llejla mar fil-Parlament u minflok għamilha ta’ Prim Ministru u ta risposti ċari dwar x'ġara u x’ma ġarax f'Dipartiment li jaqa' direttament taħt ir-responsabbiltà diretta tiegħu, stqarr li hu wkoll, bħala ġurnalist part-time għandu ħafna mistoqsijiet dwar il-każ.

Mill-gazzetta online tal-General Workers’ Union, inews:


Mill-Front kontra ċ-Ċensura għal Ministru taċ-Ċensura


Sunday, June 7, 2015

Mil-Living Wage għall-iskart tal-LIDL

Mill-oppożizzjoni pproponew il-‘Living Wage’, biex kulħadd ikollu dħul li bih ikun jista’ jgħix tajjeb, u llum li ħadu l-Gvern iridu jsoddu ħalq dawk li jaqilgħu l-inqas bl-imbarazz li s-supermarkets ma jirnexxielhomx ibiegħu u li jkun wasal biex jiskadi.


Thursday, June 4, 2015

Pete, il-kelb gradwat mill-Università 'Amerikana' ta’ Londra

Investigazzjoni tal-programm tal-BBC, Newsnight kixfet il-qerq ta' Università li ssejjaħ lilha nfisha 'Amerikana' u 'ta' Londra' billi akkwistat lawrija għall-kelb Pete.

L-istorja kollha u l-filmat hawn taħt:

American University of London sells study-free MBA

By Jim Reed and Mike Deri Smith

A so-called university sold an MBA degree for thousands of pounds with no academic work required, a BBC Newsnight investigation has revealed.


The American University of London (AUOL) awarded a fictitious person created by the programme a Master's in Business in exchange for a £4,500 fee.

AUOL has insisted it is "not a bogus university" and defended the robustness of the qualifications it offers.

Newsnight has found hundreds of senior executives listing AUOL qualifications. The programme contacted some of them, but they all insisted that they had had to study for their degrees.

AUOL styles itself as a pioneer of distance learning, offering degrees and post-graduate qualifications in business, IT, law, education and liberal arts, humanities, and English to more than 100,000 students worldwide.

Its website claims that that all of their courses "have been designed to the most exacting standards, in accordance with the most stringent criteria, in order to provide outstanding education at an affordable price".

However, Newsnight found that getting the university to provide a qualification without any study at all was easy.

The programme drew up a one-page fake CV for a management consultant Peter Smith, known as Pete, living in South London, which included 15 years of made-up work experience and a fictitious undergraduate degree from a UK university.

The real Pete was actually a dog living in Battersea Dogs' Home.

Newsnight sent "Pete's" CV to AUOL, along with a completed application for the Master's in Business (MBA) and £50 application fee.

AUOL also requires applicants to provide photocopies of previous qualifications and a photograph of themselves. However, Newsnight was unable to provide either since the qualifications did not exist and the applicant was a dog.

No courses required


Despite these omissions, just four days after sending in the application, AUOL sent "Pete" an e-mail saying that his application for a degree based on previous experience had been successful and that once the university had received his £4,500 fee he would be registered as an MBA graduate within about two weeks.

When Newsnight's reporter telephoned to check whether "Pete" would be required to submit any work, a university representative said: "No, no, apparently the APEL [Accreditation of Previous Experiential Learning] board awarded him the full degree immediately based on his qualification and his professional experience, so he doesn't have to do any courses."

We showed our written application to Jan Bamford at London Met University which runs properly accredited MBA courses. She was incredulous that a degree could be awarded to someone "with such limited work experience and such a poor application".

"I find it incredible that any organisation is awarding an MBA on what essentially amounts to the evidence that is on a piece of paper. That's appalling. Really appalling. And again it goes to the very heart of the fact the government needs to regulate this behaviour," she added.

In order to hand out a British degree an institution has to be recognised by Parliament. However, it is perfectly legal to give the impression that a university is run in the UK even when in reality it is incorporated overseas.

AUOL is one such place - seemingly based in London, but actually incorporated in St Kitts and Nevis in the Caribbean, as they state on their website.

UK connection


Despite its name, AUOL does not seem to have any physical presence in London. Newsnight found that the university's phone number is a Beaconsfield, Buckinghamshire, area code and that the bank that university fees are paid to is in Beaconsfield.

According to public records, including the electoral roll, Professor Michael Nimier, who was the founder of AUOL, and Sonia Grimes, who is the registrar, live in the town.

On its website, AUOL boasts some well qualified supervisors and says that "the university's academic staff are highly qualified and experienced". But when we contacted five Western academics on its list, all said they had never worked there and never agreed for their name to be used.

George Gollin, an American academic with expertise in unaccredited education, told Newsnight that AUOL "did not stand up to scrutiny".

"It doesn't have authority to award degrees. They are not degrees. They are pieces of paper and I'm guessing they are not able to sell very many degrees into countries where English is the first language."

The university says most of its graduates study at independent colleges in countries overseas. Those affiliates are apparently independent with their own staff subject to their own local laws. AUOL simply takes a fee to help set the curricula and issue graduation certificates in its own name.

Blacklisted


On professional social networking sites Newsnight found hundreds of senior executives who said they had qualifications from AUOL.

The programme spoke to a number of them, all of whom insisted that they did have to submit work to get their degrees.

Dr Robert Oakes, a psychologist from Birmingham, who gives expert testimony in court cases, was awarded a PhD just five months after first submitting work.

However, he told the programme that he had spent 18 months on his own background research prior to this and he was already a registered psychologist based on a previous degree.
Dr Oakes said he believed AUOL was properly accredited, but that he has now taken the qualification off his CV.

Dr Rita Bowser, a senior nuclear industry executive who was in charge of selling a new generation of reactors in the UK, was awarded a doctorate in business after submitting what she described as "significant amounts of coursework".

Her employer, Westinghouse, said she is well qualified for her job based on 30 years of experience and two previous degrees including a master's from the respected Georgia Tech.
Since AUOL is not properly accredited it is not possible to verify how much work they did, nor what standard was required.

The university has claimed to be recognised by three different American institutions, but these institutions are themselves unofficial and unrecognised.

The university is listed as "bogus" by the agency that values degrees for the Italian government and it has been blacklisted in five US states, including Texas where it is illegal to use any of its qualifications to get a job.

In a statement AUOL told Newsnight: "We are not a bogus university… and have always been upfront about our status. We have not applied for accreditation with any American, British or other official agency. Many graduates go on to higher education or hold important positions on the strength of our degrees."

The university added that most of its study modules are on a par with those used by top distance learning universities and that it only issues degrees based on work experience in exceptional circumstances.

Wednesday, June 3, 2015

Jippassiġġaw għarwenin fil-Gżira

Filmat imxandar fuq Facebook juri tliet irġiel, aktarx Russi, jippassiġġaw għarwenin għall-ħabta tas-6 ta' filgħodu fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.


Monday, June 1, 2015

Il-Moskea l-ġdida ta’ Wied il-Għajn

Jekk l-Università tal-ħabib Ġordaniż tal-Premier Muscat tkun suċċess u jirnexxielha ġġib lejn iż-Żonqor erbat elef student, f’ħakka t’għajn Wied il-Għajn se jsir l-iktar post f’Malta b’perċentwali għolja ta’ Musulmani, madwar 25%.

Huwa ovvju li dawn se jkollhom bżonn post imdaqqas fejn jaqdu l-bżonnijiet spiritwali tagħhom. Allura se jkollha tinbena Moskea ġdida.

Hemm min qed jgħid li din il-Moskea għandha ssir fil-bini tal-Università stess.

Imbagħad hemm dawk li jriduha fil-qalba ta’ Wied il-Għajn, biex huma d-deħlin u ħerġin minnha l-istudenti jonfqu xi ftit Ewro f’pastizzi, te u kafè.

Imbagħad hemm min it-taħlit fil-kulturi u fir-reliġjonijiet ma jogħġbu xejn u qed jippretendi li ladarba jiġu Malta dawn l-istudenti jikkonvertu!

Monday, May 25, 2015

Marlene Farrugia 'katavru politiku'

Fis-sensilea ‘tista’ ma taqbilx magħna imma tista’ taħdem magħna’, l-eks President tal-Partit Laburista u xandar ewlieni tal-propaganda fuq Super One jieħu gost jikkwota ittra li tiddeskrivi lid-Deputat Laburista Marlene Farrugia bħala ‘katavru politiku’.

Dan l-għada li ħadet sehem fil-programm Xarabank fejn tkellmet dwar il-qerda taż-Żonqor f'Wied il-Għajn u fl-istess ġurnata li hi u s-sieħeb tagħha, il-Whip Laburista Dr Godfrey Farrugia, ħadu sehem f'dimostrazzjoni biex ikun imħares l-ambjent.


Intant, eks Deputat u Ministru Laburista ieħor elett mill-istess distrett ta' Marlene fis-south bidel il-profile picture tal-paġna ta' Facebook:


Sunday, May 24, 2015

Jingannaw lin-nies tagħhom stess

Dalgħodu kont qed nisma lis-Segretarju tal-Prim Ministru Sandro Craus jaqra l-gazzetti lis-Sindku ta’ Ħal Qormi Rosianne Cutajar fuq ir-radju Super One.

Craus sab artiklu fuq it-Torċa u tgħidx kemm qal li n-Nazzjonalisti jobgħodu lil tas-south għax fl-2002 kienu identifikaw 6 postijiet fejn issir miżbla u 5 minnhom kienu fis-south.

Mort naqra l-artiklu tat-Torċa u sibt li finalment, minn dawn is-sitt siti, il-Gvern Nazzjonalista kien għażel is-sit fin-north biex jagħmel din il-miżbla. Fil-fatt din il-miżbla saret fl-Għallis fil-limiti tan-Naxxar.

Issa x’se jgħid Craus? Li nduna li n-Nazzjonalisti jobgħodu iktar lil tan-north?

Saturday, May 23, 2015

Il-Knisja ilha tindaħal, Jeffrey

Lil dawk li ntebħu llum li xi tnax-il sena ilu l-Knisja Maltija waqqfet Kummissjoni Ambjent biex tesprimi opinjonijiet fuq kwistjonijiet ambjentali, nfakkarhom f’dikjarazzjoni iebsa ħafna li din il-Kummissjoni kienet għamlet fi żmien l-elezzjoni ġenerali tal-2008 (ara taħt).

Dakinhar ħadd ma ħareġ jinsulenta u jipprova jsikket lill-Arċisqof Cremona. Għax skont tal-Labour kulħadd jista’ jitkellem kemm irid, imbasta kontra n-Nazzjonalisti!

Fost dawk li llum ingħaqdu fil-kor kontra l-Knisja hemm l-istilla ġdida tal-Labour Jeffrey Pullicino Orlando, li dan l-aħħar sirna nafu li qed inħallsuh iktar minn €60,000 fis-sena għal part-time job li għalih jidħol l-uffiċċju darba f'ġimgħa. Interessanti li fost il-każijiet ta' abbuż imsemmija mill-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja fl-2008 hemm art fil-Mistra li fiha hemm involut l-istess Pullicino Orlando.

L-Unjoni Ċivili mhix żwieġ

Illum il-maġġoranza tal-Irlandiżi vvotaw favur li f’pajjiżhom il-koppji tal-istess sess ikunu jistgħu jiżżewġu.

Minkejja dak li jaħsbu ħafna, f’Malta dan id-dritt għadu ma jeżistix. Jiżbalja min jirreferi għal ċerimonja ta’ Unjoni Ċivili bħala ċeremonja ta’ żwieġ.

Huwa minnu li l-liġi tal-Unjoni Ċivili tagħti prattikament l-istess drittijiet taż-żwieġ, iżda xorta ma tagħmilx lill-koppja ‘miżżewġa’ bħal koppja eterosesswali.

Jekk tassew irridu l-ugwaljanza jeħtieġ li l-koppji tal-istess sess f’Malta jkollhom id-dritt jiżżewġu bħal mhu se jkollhom fl-Irlanda.

Bl-istess mod, il-liġi tal-Unjoni Ċivili għandha tkun differenti mil-liġi taż-żwieġ biex koppji eterosesswali li jkollhom raġunijiet li minħabba fihom ma jkunux jistgħu jiżżewġu, jkunu jistgħu jidħlu għal din l-‘unjoni’.