Sunday, November 30, 2014

Press Conference urġenti llejla f'Kastilja

Fis-sigħat li ġejjin il-Prim Ministru u l-Ministru Konrad Mizzi mistennija jibgħatu għall-ġurnalisti f'Kastilja għal press conference urġenti.

Din il-press conference x'aktarx se ssir ftit minuti qabel idoqq nofsillejl.

Din mhux l-ewwel darba li l-Prim Ministru għamel press conference f'ħin daqstant stramb. Per eżempju, il-kampanja elettorali tal-elezzjoni ġenerali bi press conference f'nofs ta' lejl kiesaħ ta' Jannar kien bdiha.

Iżda x'se jiġri llejla?

F'din il-press conference il-Ministru Konrad Mizzi mistenni jżomm mad-deadline li impona fuqu nnifsu li sal-aħħar ta' Novembru (tliet sigħat oħra) jħabbar il-milestone schedule (kliemu) ta' kif u meta se tkun qed tinbena l-power station il-ġdida.

Ara u isma lill-Ministru Mizzi f'dan il-filmat minn Xarabank ta' ħames ġimgħat ilu:


Għaldaqstant, permezz ta' din il-press conference, il-Ministru Mizzi u l-Prim Ministru Muscat se jkunu għal darb'oħra ħarġu ta' rġiel mal-poplu Malti u Għawdxi u se jerġgħu isikktu lil Simon Busuttil u lil sħabu tal-Partit Nazzjonalista.

Thursday, November 27, 2014

Għaddietlu l-electoral fatigue...

L-electoral fatigue li skont il-Prim Ministru tant kienet ħakmet lill-poplu ta' dawn il-gżejjer li minħabba fiha kien se jkollu jħassar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, issa għaddiet.

Jidher li tant irkuprajna tajjeb minn din l-electoral fatigue li llejla l-Prim Ministru ħolom li jagħmlilna Referendum fuq il-bridge bejn Malta u Għawdex.


Kull min għandu għajnejh f'wiċċu qed jinduna li dan mhux għajr tentattiv iddisprat tal-Prim Ministru biex jaljena lin-nies mill-problemi kbar li għandu fil-Kabinett tal-Ministri.

Ikklikkja hawn għar-rapport sħiħ ta' TIMESOFMALTA.COM

Tuesday, November 25, 2014

Silvio Scerri jiddiskuti l-programmi ta’ TVM mal-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard

Minn MALTARIGHTNOW.COM

Il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard qal fil-Qorti li ċ-Chief of Staff fil-Ministeru tal-Intern Silvio Scerri spiss ikellmu u jiddiskuti miegħu dwar il-preżentaturi u l-programmi li jixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali TVM. Anton Attard qal fi żmien Gvern Nazzjonalista qatt ma kien jiddiskuti l-programmi maċ-Chief of Staff tal-Ministru responsabbli mix-xandir. Huwa ġġustifika dawn id-diskussjonijiet billi qal li Scerri “jifhem fil-medium”.

Attard kien qed jixhed quddiem il-Kummissjoni għall-Impjiegi fil-kawża tal-eks preżentatur ta’ TVHemm Norman Vella kontra l-Prim Ministru u l-Kap tac-Civil. Fil-kawża Vella qed jallega li t-tneħħija tiegħu mill-PBS kienet deċizjoni politika.

Fix-xhieda tiegħu Attard qal li f’Mejju 2013 is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ Manwel Mallia kitiblu biex jistaqsieh meta kienet se tispiċċa l-iskeda ta’ TVHemm. Ftit ġranet wara, l-istess Segretarju Permanenti talab lill-Kap taċ-Ċivil ineħħi lil Norman Vella mill-PBS għax qal li kien hemm bżonnu fid-Dipartiment tal-Immigrazzjoni fl-ajruport.

Monday, November 24, 2014

JPO qed iqarraq

Araw ftit x'qed jgħid Jeffrey Pullicino Orlando lill-ħbieb tiegħu fuq Facebook.
 

Dawk li qed jagħmlulu LIKE tajjeb ikunu jafu li JPO qed iqarraq bihom.

Il-fatti huma li l-iskandlu tax-xiri taż-żejt inkixef f'Jannar 2013, waqt l-aħħar kampanja elettorali, meta Austin Gatt ma kienx għadu Ministru u ma kienx lanqas kandidat. Għaldaqstant ma kellux kariga politika minn xiex jirriżenja.

Fatt ieħor huwa li qabel inkixef dan l-iskandlu Tancred Tabone ma kienx biss "il-kuġin ta' Austin Gatt" imma kien rispettat minn kulħadd, tant li kien saħansitra nħatar President tal-Kamra tal-Kummerċ.

Anke Joseph Muscat kien jirrispetta lil Tabone. Kif jidher f'dawn ir-ritratti Muscat ma kien jiddejjaq xejn jiltaqa' miegħu, minkejja li kien "il-kuġin ta' Austin Gatt". Dawn ir-ritratti ttieħdu ferm wara li Tancred Tabone spiċċa minn Chairman tal-Enemalta fl-2005.